Kurżitajiet
Qabditu d-dipressjoni għax kien żgħir wisq meta sar famuż

Il-kantant Amerikan ta’ fama mondjali Justin Bieber qabditu d-dipressjoni u qed jingħata kura minn terapisti speċjalizzati fil-mard mentali.

Jidher li Bieber xejn mhu jkun kuntent dan l-aħħar u għalhekk kellu jirrikorri għall-kura.  Rapporti qed jgħidu li d-dipressjoni m’għandhiex x’taqsam ma’ xi problemi li seta’ qed jiffaċċja ma’ martu Hailey Baldwin li għadhom miżżewġin friski.

Skont ir-rivista People, Bieber qed jingħata l-kura li għandu bżonn, filwaqt li qed jingħata l-appoġġ meħtieġ mingħand Pastor kif ukoll mingħand martu.

Ir-rivista qed tirrapporta li l-kantant qed ibati minn problemi mentali minħabba li ħajtu kienet dejjem imperrċa fuq il-media u qatt ma kellu privatezza mindu kien żgħir.

F’intervista fuq ir-rivista Vogue ta’ Marzu, Bieber qal li dak li ġara huwa attribwit għall-fama li kiseb meta kien għadu żgħir wisq.  Tkellem ukoll dwar id-droga, is-sess, il-miljuni ta’ dollari li qala’ meta kellu biss 20 sena, kif ukoll dwar id-dipressjoni li beda jħossha taħkmu madwar sentejn ilu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Shamima Begum –  it-tfajla Ingliża li telqet minn pajjiżha biex tingħaqad mal-Istat Iżlamiku spiċċat welldet fis-Sirja minkejja t-talbiet tagħha. Shamima kienet qalet li xejn ma kienet skurmentata bil-vjolenza li rat…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sejjaħ lill-pajjiżi Ewropej, fosthom r-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja biex jgħaddu ġuri lill madwar 800 militant tal-grupp li jsejjaħ lilu innifsu Stat Iżlamiku li nqabdu…

Barranin

Il-President tal-Parliament Ewropew, Antonio Tajani qed jaffaċċja kiritka qawwija wara li sejjaħ partijiet mill-Kroazja u l-Islovenja bħala reġjuni Taljani. Id-dikjarazzjoni ta’ Tajani xejn ma niżlet tajjeb mal-ex prim ministri u…

Barranin

Ajruplani militari waslu f’Venezwela bl-għajnuna umanitarja, mal-burdura ta’ Cucuta. L-għajnuna waslet wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaidó għamel talba għall-għajnuna. Min-naħa l-oħra, il-President Nicolás Maduro qed jallega li l-għajnuna umanitarja hija…

Aktar