Barranin
Qal li hemm bomba fuq l-ajruplan biex ikun jista’ joħroġ ma’ ħaddiema tal-ekwipaġġ

Raġel ta’ 65 sena rrapporta li hemm bomba fuq ajruplan tal-Lufthansa bit-tama li jżomm lil ħaddiema tal-ekwipaġġ għal ħin itwal fil-pajjiż.

Ir-raġel, li huwa mis-Serbja, ried joħroġ ma’ ħaddiema tal-ekwipaġġ li kien iltaqa’ magħha b’kumbinazzjoni fejn kien stedinha biex joħorġu jieklu u hija rrifjutat.

Mal-130 passiġġier spiċċaw lampa stampa meta t-titjira LH1411 minn Belgrade lejn Frankfurt tħassret minħabba t-theddida ta’ bomba li fil-verità kienet gidba min-naħa tar-raġel biex jieħu dak li xtaq.

Il-passiġġieri kollha tħallew jistennew 8 sigħat sakemm saru t-tiftix fuq l-ajruplan u serrħu moħħ kulħadd li kienet theddida li rriżultat fin-negattiv.

Ir-raġel ġie arrestat wara li l-pulizija intraċċaw it-telefonata tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Barranin

Il-bdoti tal-linja tal-ajru tal-Etihad, jidher li kellhom battikata biex iniżżlu l-ajruplan li kienu qed itajjru fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra. L-ajruplan tat-tip Airbus A380, li huwa l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja, kien…

Barranin

Ħallelin armati f’Hong Kong għamlu biċċa xogħol mhux tas-soltu, hekk kif serqu mijiet ta’ rollijiet ta’ toilet paper. Dan hekk kif minħabba l-pandemonju tal-Coronavirus, il-ħażna tat-toilet paper f’din il-belt tinsab…

Aktar