Barranin
Qal li jkun kuntent meta l-bastiment jiġi ssekwestrat u l-ekwipaġġ arrestat

Il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini qal li mhux se jkun kuntent qabel ma jiġi ssekwestrat il-bastiment u arrestat l-ekwipaġġ kollu.

Dan Salvini qalu fid-dawl tal-bastiment Sea Watch, li ilu mwaħħal 15-il ġurnata viċin Lampedusa b’42 immigrant abbord.

Salvini kompla jgħid li dawk abbord il-bastiment mhumiex nawfraġji iżda persuni li jħallsu mat-€3,000 biex jitilqu minn pajjiżhom. Qal ukoll li fl-Italja qed jaslu mijiet ta’ immigranti oħrajn b’ċertifikat li juri li qed jaħarbu minn xi gwerra.

Fl-isfond ta’ dan kollu, Salvini qal li jittama li jersaq xi Imħallef u jikkonferma li s-Sea Watch qed jopera illegalment, bil-Kaptan, b’kollox. Il-Ministru qal ukoll li l-Kaptan, tfajla Ġermaniża, messha daħħlet l-immigranti f’pajjiżha jew fl-Olanda hekk kif il-bastiment itajjar il-bandiera tal-pajjiż.

Ma’ dawn il-kummenti li ta fuq programm tar-radju, Salvini żied jgħid ukoll li l-Ġermanja u l-kbarat li jiltaqgħu għad-deċiżjonijiet f’Brussell ma jagħmlu qatt xejn ħlief meta l-problema tidħlilhom fl-għalqa.

Salvini kompla jgħid li mhux se jċedi sakemm ma tasallux komunikazzjoni minn Brussell li l-immigranti se jaċċettawhom il-Ġermanja jew l-Olanda, bl-ekwipaġġ arrestat u l-bastiment issekwestrat.

Ara wkoll:

Jgħid li m’għandux ċans jidħol Lampedusa . . . lanqas sal-Milied

Aħbarijiet Oħra

Mara tqila fi Florida, fl-Istati Uniti, ma ħasbithiex darbtejn biex taqbeż fil-baħar u ssalva lil żewġha hekk kif ratu jiġi attakkat minn kelb il-baħar. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, meta…

Il-President Amerikan Donald Trump ma kkommettix ruħu li jekk fl-elezzjoni ta’ Novembru jitlef, jitlaq il-poter minn idu bil-kelma t-tajba. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House, Trump qal li rridu naraw x’se…

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni…

Il-vapur Alan Kurdi b’133 immigrant abbord biddel ir-rotta tiegħu u beda jbaħħar lejn il-port ta’ Marsilja fi Franza. L-immigranti ġew salvati s-Sibt li għadda u l-vapur talab l-għajnuna taċ-ċentri ta’…

Aktar