Qorti
Qal li ma kienx jaf bid-droga fil-bagalji li kien qed iġorr

Raġel ta’ 31 sena baqa’ miżmum arrestat wara nqabad fl-ajruport ta’ Malta qed iġorr 2 kilogrammi ta’ droga kokaina.

Ahmed Elmzouga li huwa mil-Libja iżda jgħix is-Swieqi vvjaġġa minn Brussell għal Malta meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana fuq suspett.

Il-Libjan ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih li ttraffika d-droga. Huwa qal li ma kienx jaf li fil-bagalji kien hemm id-droga u semma xi terzi persuni marbutin mal-każ, bil-Pulziija qed tipprova tidentifika min huma.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest filwaqt li ordnat l-iffriżar tal-assi.
Għall-imputat dehru l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.
Ara wkoll:
https://www.tvm.com.mt/mt/news/id-dwana-taqbad-be200000-kokaina-fl-ajruport-ta-malta/
Aħbarijiet Oħra
Annimali

F’park tal-annimali fl-Imtaħleb is-sidien Christopher Borg u Oksana qisha twieldet tarbija ġdida fil-park, din id-darba l-ewwel ferħ tal-koppja orsijiet Yoggi u Paddy. Yoggi li hija l-ors femminili u Paddy li…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J Scicluna qal li Malta għandha bżonn is-solidarjetà ta’ kulħadd. L-isqfijiet Maltin qed jattendu konferenza f’Bari dwar l-immigrazzjoni u l-paċi fil-mediterran. F’intervista qabel il-konferenza, l-Arċisqof Scicluna qal li…

Unjoni Ewropea

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jfisser mas-sittin biljun ewro inqas fil-Budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea li jkopri s-seba’ snin li ġejjin. Il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel qed jipproponi li…

Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Aktar