Temp
“Qalbi marret 7 snin lura” – Janet Walker maħsuda fir-Rabat

Janet Walker, li qed tgħix fir-Rabat wara li hi u familtha ġġarfitilhom darhom fi Gwardamanġa s-sena li għaddiet, kellha tgħaddi minn qatgħa kbira meta llum semgħet ħoss qawwi fil-binja li qed tgħix fiha.

Fuq il-midja soċjali s-Sinjura Walker qalet li sajjetta laqtet il-binja tagħhom, u fi kliemha tħoss li qalbha “marret seba’ snin lura.” Ritratti li ppubblikat juru parti mill-apromorta mkissra u mċaqilqa u knatan imkissra fit-triq.

Qalet li b’xorti tajba ħadd ma weġġa’, u li dak il-ħin ma kien hemm ħadd miexi fuq il-bankina ta’ taħt il-binja.

Is-Sinjura Walker x’aktarx li ħadet qatgħa iktar minn ħaddieħor, hekk kif f’Ġunju 2019 kellha toħroġ tiġri ‘l barra mill-binja li kienet tgħix fiha fi Gwardamanġa hekk kif din iġġarrfet waqt li biswitha kienu għaddejjin xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Ara wkoll:

Tibża’ tgħix ġo darha – qalulha li mhemmx periklu