Barranin
Qalet li l-familja rjali kienet imħassba bil-kulur tal-ġilda ta’ binhom u li spiċċat bi ħsibijiet suwiċidali

F’intervista ma’ Oprah Winfrey li xxandret ilbieraħ Meghan Markle, il-mara tal-Prinċep Harry, qalet li l-familja rjali kienu mħassba dwar il-kulur tal-ġilda ta’ binhom u allegat li l-istess tħassib wassal biex dan ma jingħatax it-titlu ta’ prinċep.

Hija qalet li wara ż-żwieġ tagħha fil-familja rjali fl-2018, spiċċat f’sitwazzjoni prekarja tant illi kellha ħsibijiet suwiċidali.

L-intervista li xxandret fuq it-televiżjoni fl-Istati Uniti mistenija tkompli tħarrex ir-relazzjoni bejn Buckingham Palace u l-koppja li ddeċidew li jieħdu pass lura mill-ħajja rjali u bnew ħajja fl-Istati Uniti.

Il-Prinċep Harry żvela li l-koppja qed tistenna t-tieni wild tagħha fis-sajf li mistenija tkun tifla. Il-Prinċep qal li l-familja rjali qatgħet għalkollox l-appoġġ finanzjarju lill-koppja u għalhekk kienu kostretti jagħmlu produzzjonijiet ma’ Netflix u Spotify fost oħrajn.