Qorti
Qalet li serqet anzjana wara li spiċċat bla xogħol bis-sitwazzjoni tal-Covid-19

Natalie Bonello ta’ 45 sena baqgħet miżmuma arrestata wara li ġiet akkużata b’serq ta’ ġojjeli b’valur ta’ iżjed minn elfejn u tliet mitt ewro minn dar ta’ anzjana ta’ 79 sena fl-Imsida.

L-imputata ċaħdet l-akkużi kontriha u qalet li twaqqfet taħdem minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 bil-prosekuzzjoni tgħid iżda li l-Bonello għamlet is-serqa biex issostni l-vizzju tad-droga. Hija ġiet arrestata wara li allegament ippuzat li tirrappreżenta kampanja li tgħin persuni vulnerabbli biex dahlet fid-dar tal-anzjana u serqitha.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Claire Micallef Stafrace, staqsiet x’kuxjenza jkollu bniedem biex japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni preżenti u jwerwer lill-anzjani b’dan il-mod. L-Ispettur Jonathan Ransley qal li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin biex tiġi identifkata persuna oħra li kienet involuta fis-serqa.

Il-Pulizija solviet il-każ l-Erbgħa stess u sabet ukoll il-ġojjelli misruqa mill-kamra tas-sodda tal-anzjana.

Ara wkoll:

Serqet ġojjelli minn dar ta’ anzjana fl-Imsida u nqabdet ftit wara

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar