Qorti
Qalgħet xenata u darbet ħafif żewġ pulizija fuq ħobża bajd u bacon

Mara Maltija ta’ 50 sena li qalgħet kjass f’ħanut f’Bormla u spiċċat darbet ħafif żewġ pulizija, kienet ikkundannata disa’ xhur ħabs sospiżi u multa.

Il-każ seħħ fit-2 ta’ Diċembru 2014, meta ftit wara nofsinhar il-pulizija fl-għassa ta’ Bormla semgħu ħafna storbju ġej minn barra. Meta ħarġu jinvestigaw sabu mara li kienet qed tgħajjat u tiġġieled ma’ sid il-ħanut Bake and Take.

Meta l-Pulizija talbu lill-mara tmur magħhom l-għassa din bdiet tirrifjuta, u ntelqet minn tulha fl-art fejn bdiet tagħti bis-sieq lil żewġ kuntistabbli, u girfet ukoll lill-kuntistabbli mara. Il-Pulizija qalu lill-Qorti li meta eventwalment ittieħdet l-għassa kellha tiġi mmanettjata għax ma riditx tikkalma.

Il-Qorti semgħet kif kollox beda minn ħobża bajd u bacon li l-mara marret tordna mill-ħanut li fih kien jaħdem l-għarus ta’ bintha. Il-mara qalet li waqt li dan beda jaqdiha sid il-ħanut qallu “l-ewwel ix-xogħol imbagħad il-kunjata”, u din ħaditha bħala offiża.

Il-mara ammettiet li kienet xorbot qabel ma qalgħet l-inkwiet, u qalet ukoll li f’dak iż-żmien kienet għaddejja minn separazzjoni u kellha problemi psikoloġiċi, tant li qattgħet xi żmien fl-isptar Monte Carmeli.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, sabet lill-mara ħatja u kkundannatha disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn, kif ukoll multa ta’ €6,000. Hija kienet marbuta wkoll b’garanzija personali ta’ €1,000 għal sena fil-konfront taż-żewġ pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Pierre Portelli dar għall-mezzi soċjali u kiteb li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina akkumpanja lil Manuel Delia l-Qorti fil-każ li għandu kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista. Dalgħodu fil-qorti kompliet il-kawża li…

Infrastruttura

Il-Kamra tal-Periti f’reazzjoni inizjali għal proposti għar-regoli l-ġodda dwar it-twaqqigħ u l-iskavar qalet li dawn mhumiex aċċettabbli u infurmat lil Periti bil-pożizzjoni tagħha biex tittieħed deċiżjoni dwarhom f’laqgħa ġenerali straordinarja…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura s-Sala San Ġorġ Preca, waħda mill-ewwel swali li ġiet irranġata bħala parti mill-istrateġija ta’ għaxar snin għas-saħħa mentali. Minn għada din…

Lokali

Id-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqfet passiġġier li kellu fuqu €34,220 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier kien sejjer l-Amman. Meta kien mistoqsi minn uffiċjal tad-Dwana dwar kemm kellu flus,…

Aktar