Lokali
Qalilha li żżewwiġha għax ma kienx jaf li l-Marokk pajjiż Għarbi

Marokkina li żżewġet raġel Malti qalet fil-Qorti li żewġha kien jgħajjarha li l-Għarab maħmuġin, u li kien jgħidilha li żżewwiġha biss għax ma kienx jaf li l-Marokk huwa pajjiż Għarbi.

Il-Qorti tal-Familja kienet qed tisma’ każ ta’ separazzjoni bejn mara Marokkina u raġel Malti, li huwa 21 sena ikbar minnha fl-età. It-tnejn li huma bdew iwaħħlu f’xulxin għall-falliment taż-żwieġ, li minnu baqgħu ma twildux tfal.

Il-mara qalet li fil-bidu taż-żwieġ kollox kien miexi sew, iżda mbagħad ir-raġel inbidel, fejn beda jgħajjarha bil-kultura tagħha u jgħidilha biex tmur lura pajjiżha. Allegat li pprova jerfa’ jdejh fuqha, kien iħalliha nieqsa minn affarijiet bażiċi, ma kienx iħalliha toħroġ mid-dar, u lanqas tixgħel id-dawl biex ma taħlix.

Min-naħa tiegħu r-raġel sostna li ż-żwieġ tkisser minħabba l-mara, li wettqet adulterju u telqet mid-dar matrimonjali hekk kif ġabilha ċ-ċittadinanza. Jiċħad li qatt ħalliha nieqsa jew li refa’ jdejh fuqha, u jgħid li kien jgħajjarha biss għax kienet titolbu l-flus biex ikollha x’taqsam miegħu.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Abigail Lofaro, ikkonkludiet li t-tort għat-tkissir taż-żwieġ kellu jinqasam bejn it-tnejn li huma, u għaddiet biex tiddeċiedi dwar il-proprjetà u l-komunjoni tal-akkwisti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Segwi Ħadt l-Aħbar mal-Avukata Ramona Frendo u l-Perit Michael Falzon Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum 25/02/2018 The Sunday Times Fuq il-faċċata ritratt tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro…

Lokali

Mawra edukattiva għal studenti tat-tieni sena tal-iskola San Benild f’Tas-Sliema kienet ikkaratterizata mill-element tradizzjonali Malti. Ewlenin fosthom il-karozzin, il-lanċa kif ukoll għanjiet Maltin. Fuq in-noti tal-kanzunetta tal-Greenfields – il-karozzin –…

Lokali

Ħoss ġdid u frisk għal The Travellers, il-band li stabbilixxiet ruħha dan l-aħħar għall-kanzunetti li toħroġ bil-Malti u li tant kisbet popolarità bihom. Minn għada, din il-band se tkun qed…

Lokali

Tliet persuni nżammu arrestati mill-Pulizija wara li f’rejd li sar f’residenza u garaxx f’Ħal Qormi mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga nstabu sustanzi suspettati li huma raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis, kokaina u…

Aktar