Barranin
Qalilhom “bye-bye” u telaq ‘il barra mil-laqgħa

Il-President Amerikan, Donald Trump, telaq ‘il barra minn laqgħa ta’ negozjati mal-mexxejja Demokratiċi fid-19-il jum tax-shutdown tal-Gvern Amerikan.

Fil-laqgħa, li damet 14-il minuta, id-Demokratiċi komplew jinsistu li mhux se japprovaw il-finanzjament tal-ħajt bejn il-fruntiera tal-Messiku. Trump sejjaħ il-laqgħa bħala ħela ta’ ħin.

Trump qed jitlob kważi $6 biljun dollaru biex jibni barriera tal-azzar bejn il-fruntiera tal-Messiku u l-Istati Uniti biex ma jaqsmux aktar immigranti lejn pajjiżu. Din kienet waħda mill-wegħdiet ewlenin tiegħu, bi Trump jinsisti li r-Repubblikani jappoġġaw din il-proposta.

Id-Demokratriċi, li jikkontrollaw il-Kamra tar-Rappreżentanti, qed jirrifjutaw li jiffinanzjaw il-proġett.

Vittmi ta’ din is-saga hemm mat-800,000 ħaddiema federali, li għall-ewwel darba, mhux se jitħallsu mindu beda x-shutdown tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-aġenziji tal-Gvern Federali fit-22 ta’ Diċembru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għalliem tax-xjenza fil-Kenja ngħata premju monetarju ta’ $1m bħala l-aqwa għalliem fid-dinja għaliex tant huwa ddedikat li saħansitra jonfoq kważi l-paga kollha fuq l-istudenti tiegħu. Peter Tabichi, li huwa qassis…

Barranin

B’aktar minn 90 fil-mija tal-voti mgħaduda, il-partit favur l-armata fit-Tajlandja jidher li qiegħed fuq quddiem, wara li saret l-ewwel elezzjoni mill-kolp ta’ stat ħames snin ilu. Jidher li l-partit Palang…

Aktar