Qorti
“Qalli li jħobb lil ommu” – zija ta’ Joseph Bonnici

Kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ Joseph Bonnici, li jinsab akkużat bi qtil ta’ ommu u t’oħtu.

Illum fil-Qorti xehdu tliet zijiet tal-akkużat, li jiġu aħwa ta’ missieru, Paul Bonnici. Bħalissa Paul qed jiskonta sentenza l-ħabs.

“Qalli li jħobb lil ommu” – Nazzarena, iz-zija ta’ Joseph Bonnici

Fix-xhieda tagħha Nazzarena Facciol qalet li n-neputi Joseph kien qalilha li jħobb lil ommu. Huwa qalilha dan wara li kien talabha tmur miegħu biex ifittxu lil oħtu u lil ommu.

Hija qalet li ħuha, Paul Bonnici, kien ċemplilha mill-ħabs u qalilha biex tmur tara’ x’ġara minn martu Maria Lourdes. Qalet li wara diversi tentattivi kien kollu għalxejn. Spjegat li wara kien mar Joseph għandha u talabha biex tmur miegħu d-dar ħalli jfittxuhom. Hija qalet li Joseph tela’ fuq ifittixhom u qalilha li ma kinux qegħdin hemm.

“Maria Lourdes ġellditni mal-għarus u m’ommi” – Vincenza, iz-zija ta’ Joseph Bonnici

Fil-Qorti xehdet ukoll Vincenza Bonnici. Hija qalet li kienet vittma ta’ Maria Lourdes (omm l-akkużat) minħabba li ġellditha mal-għarus u m’ommha, tant li kellha titlaq mid-dar. Qalet li żammet ‘il bogħod mill-familja iżda fl-2014 kienet ċemplitilha Angele, oħt l-akkużat, u kienet kellmitha fuq il-ħajja sesswali tagħha. Dawn id-dettalji ngħataw lill-Qorti fil-magħluq iżda f’ebda ħin ma ssemma’ li ħuha kien abbuża minnha.

Vincenza Bonnici qalet li kienet iltaqgħet ma’ Angele fl-2017 u hemm kienet qaltilha li talbet pjaċir lil Joseph Bonnici u ma riedx jgħinha. Qalet li dakinhar kienet semmiet li Joseph abbużaha. Saħqet li hi ma kinitx konvinta minn dan u kompliet tgħid li sena wara meta ltaqgħet ma’ Angele ma kinitx semmiet l-abbuż dwar li bdiet tkellimha fuq ħajjitha.

It-tliet zijiet ta’ Joseph iddeskrivew lill-akkużat bħala persuna kwieta u qalu li ma kinux jafu x’tip ta’ relazzjoni kien hemm bejn l-akkużat u l-vittmi.  Min-naħa tagħha Nazzarena saħqet li kieku daħlilha suspett fuqu ma kinitx se tmur miegħu fid-dar tagħhom.

Ara wkoll:

“Kont f’relazzjoni abbużiva u Joseph ġabarni minn xagħri” – l-għarusa tal-akkużat

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

L-iskema ta’ xogħol fil-komunità li bdiet fl-2016 kienet taħt il-lenti tal-Awditur Ġenerali li f’rapport li ippreżenta lill-Ispeaker ta ċertifikat pjuttost tajjeb lill-iskema għalkemm iħeġġeġ lill-entitajiet governattivi involuti biex itejjbu l-moniteraġġ…

Ambjent

Malta, flimkien ma’ 8 pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u żewġ stati assoċjati, se tkun qed tnaddaf il-bajjiet tagħha f’dak li dak jissejjaħ bħala l-Blue Mediterranean Clean-Up Week. Fl-ewwel ġimgħa ta’…

Blockchain

Erba’ xhur wara li Malta saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li użat is-sistema tal-blockchain fil-ħruġ taċ-ċertifikati għall-istudenti, it-teknoloġija tal-blockchain se tibda tintuża għal kuntratti tal-kirjiet, meta fil-jiem li ġejjin se tkun…

Qorti

Il-Pulizija ressqet il-Qorti żagħżugħ u xlietu li bejn Frar u Mejju wettaq ħames serqiet ta’ flus u ġojjelli minn residenzi fl-Imsida u San Pawl il-Baħar. Aliosha Emnadze, Ġorġjan ta’ 24…

Aktar