Knisja Maltija
Qanpiena ġdida għall-Katidral tal-Imdina

It-tokki tal-arloġġ tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina, fl-ewwel kwarta ta’ kull siegħa se jkunu minn qanpiena ġdida li ħadet post waħda li kienet ilha fil-kampnar aktar minn 500 sena. Il-qanpiena nħadmet f’funderija fi Franza u bl-ewwel tokki tagħha nstemgħu llum.

Wara 519-il sena, il-Katidral Metropolitan tal-Imdina għandu qanpiena ġdida tal-arloġġ li minnha joħorġu t-tokki tal-ewwel kwarta ta’ kull siegħa. Il-qanpiena ħadet post oħra li kienet f’riskju kbir li taqa’. Il-qanpiena l-antika taf l-oriġini tagħha għal perjodu qabel parti mill-Kattidral iġġarraf f’terremot fl-1693.

Il-kampanoloġista Kenneth Cauchi qal ħass dieqa li kellu jkun hu li jilliċenzja l-qanpiena għall-mistrieħ wara aktar minn nofs millenju ta’ servizz.

Il-kampanoloġista, Kenneth Cauchi qal “hija ħasra għax ħoss medjevali kien karatteristiku tal-Imdina, però meta tqis li l-importanza tal-qanpiena kien mhedded li taqà mill-kampnar, ħassejna li jeħtieġ konservazzjoni.”

Is-Sur Cauchi qal li din ma kinitx l-eqdem qanpiena fil-Katidral tal-Imdina, għax l-eqdem waħda tmur lura għall-1370. Qal li l-qanpiena l-ġdida ngħatat l-isem tal-Verġni Marija u San Pawl bħala patrun tal-Katidral. Din inħadmet fi Franza u tiżen 170 kilo.

“Intgħażlet il-funderija Pacard biex nużaw l-istess tip ta’ ikonografijka, anke San Pawl li tqiegħed fuq il-qanpiena ntgħazlet li stilistikament hu medjevali biex ikun in line mal-qanpiena sostitwita” qal is-Sur Cauchi.

Il-kampanoloġista qal li l-qanpiena l-antika se tiġi restawrata u wara se tkun parti mill-kollezzjoni tal-mużew tal-Katidral fl-Imdina. Il-qanpiena l-ġdida tbierket mill-Arċisqof Charles J Scicluna f’ċerimonja qasira fuq iz-zuntier tal-Katidral.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar