Reliġjon
Qasmu l-iftar flimkien

Il-President George Vella u martu kienu l-mistiedna speċjali tal-komunità Musulmana f’Malta għall-ikla tal-iftar li sseħħ waqt ix-xahar tar-Ramadan.

Bit-tema tar-Ramadan, il-Paċi u l-kunċett ta’ sawm fir-reliġjonijiet, il-President ingħaqad flimkien mal-komunità u mistiedna distinti oħrajn fejn ġiet diskussa l-importanza tas-sawm u l-iftar li fl-aħħar tal-ġurnata tgħaqqad u tiġbor il-komunitajiet flimkien għall-pranzu .

Il-President Vella qal li hemm bżonn akbar ta’ armonija u djalogu bejn is-soċjetajiet ta’ twemmin differenti filwaqt li faħħar lil Ahmadiyya Muslim Jamaat tal-inizjattiva inklussiva.

Dan l-avveniment sar bl-iskop biex titqajjem aktar kuxjenza u jitwassal aktar għarfien dwar it-twemmin u t-tradizzjonijiet Musulmani.

Preżenti għall-avveniment kien hemm rappreżentanti ta’ kull reliġjon.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Il-fdalijiet tat-tonn li ntlemħu fil-bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet għandhom riħa ta’ attività illegali. Fi stqarrija mibgħuta mill-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura, intqal li dawn il-fdalijiet huma…

Infrastruttura

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bir-regolamenti l-ġodda dwar l-industrija tal-kostruzzjoni, il-Gvern qed jagħlaq il-ventilaturi biex fi kliemu, il-ħmar ma jwaħħalx f’denbu, u tkun tista’ tintrefa’ responsabbiltà meta tiġġarraf xi…

Qorti

Fil-Qorti llum kompliet il-kumpilazzjoni dwar il-qtil doppju ta’ Maria Lourdes u Angele Bonnici f’Ħal Għaxaq. Tkellemet illum fil-Qorti l-esperta tal-forensika, Marie Therese Camilleri li tat dettalji dwar il-ġrieħi li sofrew…

Infrastruttura

Xi wħud qed jikkummentaw dwar kemm hija sigura din il-binja li tinsab fi Triq Santa Venera, fl-Imsida. Jidher li l-binja ta’ 5 sulari qed isserraħ fuq il-bricks kif jixhdu r-ritratti…

Aktar