X

Qassis jipproponi ‘taxxa’ fuq ilbiesi tat-tieġ skullati

Qassis Kattoliku f’Venezja, l-Italja, qal li l-għarusa għandha tibda tħallas miżata skont l-iskullatura tal-libsa. Iktar ma l-libsa tkun skullata, iktar l-għarusa tħallas bl-għoli.

Dun Cristiano Bobbo għamel din il-proposta b’nofs ċajta fil-fuljett tal-parroċċa. Filwaqt li stqarr li ma kienx beħsiebu jintroduċi din il-miżata fir-realtà, huwa sostna li l-għarusa ħafna drabi tippreżenta ruħha fil-knisja liebsa b’mod skullat u vulgari.

Dun Bobbo qal li dan iseħħ għaliex iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ spiss tiġi meqjusa iktar bħala avveniment milli bħala għażla matura u kunsenswali, u għalhekk il-libsa tispiċċa timita l-personaġġ ta’ dak il-waqt.

Huwa saħaq li l-ilbies tal-għarusa għandu jerġa’ jmur lura għas-sempliċità ta’ dari.