Barranin
Qassis Ortodoss jingħata kastig wara li martu ħadet sehem f’show tas-sbuħija

Qassis Ortodoss fir-Russja, fir-reġjun tal-Urals, ingħata kastig u ntbagħat f’raħal imwarrab wara li martu ħadet sehem f’show tas-sbuħija waqt ir-randan.

Oksana Zotova, li tmexxi salon tas-sbuħija fil-belt ta’ Magnitogorsk, rebħet il-premju Miss Sensuality. Hekk kif in-nies saru jafu li hi mart il-qassis hija kellha baraxx ta’ kritika.

Minnufih malli l-awtoritajiet reliġjużi saru jafu bl-affari, il-qassis Sergei Zotov ġie mkeċċi mill-kariga tiegħu fil-Katidral tat-Tlugħ ta’ Ġesù fis-Sema f’Magnitogorsk. Huwa ntbagħat f’Fershampenuaz, mal-65km ‘il bogħod minn Magnitogorsk.

Il-mexxej tal-Qorti tad-Djoċesi, Feodor Saprykin qal li huwa dnub kbir li mara ta’ qassis tesponi lilha nfisha. Saħaq li l-mara tiegħu trid tindem minn dak li għamlet.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Barranin

Minn tal-inqas 12-il persuna mietu u diversi ndarbu f’attakk fi studio, il-Ġappun. Skont midja Ġappuniża raġel daħal fi Kyoto Animation Co studio u sprejja xi likwidu. Kawża t’hekk ħadu xi…

Barranin

Fl-istat ta’ Massachusetts l-Istati Uniti l-prosekuturi waqqgħu l-akkuża kriminali kontra l-attur Kevin Spacey. Spacey ta’ 59 sena kien akkużat li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 18-il sena tliet snin ġo…

Barranin

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor…

Aktar