Kurżitajiet
Qassis ta’ 100 sena għandu erba’ wlied qassisin

Għandu 100 sena, sebat itfal, u huwa qassis. Iżda mhux biss. L-erba’ subien tiegħu kollha kemm huma qassisin ukoll.

Din hija l-istorja mhux tas-soltu ta’ Don Probo Vaccarini mill-Kattidral ta’ Rimini, fl-Italja, li għada se ssirlu quddiesa ta’ ringrazzjament f’għeluq sninu.

Imwieled fl-1919, Don Vaccarini laħaq it-tbatija tal-gwerra, u wara ħadem bħala ‘surveyor’. Iżżewweġ u rabba sebat itfal, iżda meta kellu 51 sena mietet martu. Kien hawn li qabad it-triq għas-saċerdozju, sakemm kien ordnat qassis ta’ 69 sena.

Minbarra l-ħidma fil-paroċċa, Don Vaccarini kiteb 15-il ktieb, fosthom l-awtorbijografija ‘Sposo, vedovo e sacerdote’, li tfisser ‘Miżżewweġ, armel u saċerdot.”

Fir-ritratt Don Vaccarini jidher fin-nofs.

TVM kien irrapporta storja simili f’Malta:

Missier u ibnu se jsiru saċerdoti – lissen ix-xewqa lil martu fuq is-sodda tal-mewt

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Barranin

Kelliema għall-għaqda mhux governattiva Spanjola, Proactiva li topera l-vapur ‘Open Arms’ qalet li l-vapur ma jistax ibaħħar u jiżbarka fil-port ta’ Algeciras fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, minħabba li ddeskriviet is-sitwazzjoni…

Aktar