Ikel
Qatt doqt ġbejna tal-ħaxix ir-riħ jew torta tal-fenek?

Il-Festi tal-Imnarja bdew b’ikla bbażata fuq riċetti li kienu jissajru fi żmien il-Kavallieri, u li l-Ħadd daħlu fil-kċina tal-Palazz Verdala wara snin ta’ riċerka minn uffiċjali ta’ Heritage Malta bbażati fil-Mużew Marittimu l-Palazz tal-Inkwiżitur.

Fil-kċina tal-Palazz tal-Verdala, il-kok Joe Cassar ipprepara ikla mhux tas-soltu lill-President George Vella u xi mistiedna.

Wara kull platt hemm storja; frott riċerka li saret minn kuraturi ta’ mużewijiet, storiċi u kokijiet f’atti notarili u dokumenti oħra li jmorru lura mijiet ta’ snin.

Il-Kuratur tal-Mużew Marittimu, Liam Gauci, qal li ċertu ingredjenti nstabu fi stejjer imżewqa: fosthom is-salsiccia fl-ewwel platt, li l-ingredjenti tagħha kienu f’dokument tal-qorti dwar bejjiegħ tal-laħam li ħa passi kontra kaptan ta’ vapur għax ma kienx qed iħallsu għal laħam, melħ u felfel li kien qed jieħu mingħandu. Is-Sur Gauci qal li l-prodott kulinari Malti għandu valur li sal-lum għadu mhux apprezzat.

“Il-ġbejna sempliċi tagħna li għandha storja kbira u versatilità kbira, kif rajna llum fejn pruvajna riċetta jew verżjoni tal-ġbejna tal-Hhascisc e rihh. L-ewwel li nisimgħu biha, De Soldanis qed jikteb fl-ewwel dizzjunarju Malti dwar din il-ġobna tant tajba, li Ruma n-nies jippreferu lilha mill-aqwa ġobon Franċiż,” sostna s-Sur Gauci.

Dan l-ikel ta bidu għall-festi tal-Imnarja b’inizjattiva bejn Heritage Malta, l-Università, u s-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura. Wara l-imqarrun tad-Dumnikani, riċetta bil-laħam tal-fenek.

“Illum qed insajru l-pasticchio di coniglio, fejn pruvajna nagħmlu, mhux il-pastizz kif nafuh illum, imma anke l-għaġina. Dan il-qafas li llum nużaw plastik, qabel kienu jużaw qafas tax-xgħir u l-qamħ biex int iġġorr it-torta tal-fenek, wasalt il-buskett biex tiċċelebra, tixrob pinta inbid u tiftaħ it-torta li jkollok il-fenek fiha,” spjega s-Sur Gauci.

Is-Sur Gauci spjega li bħala deżerta sar ġelat bil-larinġ tal-bakkaljaw, li mat-tliet sekli ilu kien jinġieb għalih silġ mill-Etna fi Sqallija.

Malcom Borg, mill-għaqda bdiewa attivi, qal li dawn ir-riċetti qed isiru minn prodotti friski lokali. “Dawn il prodotti ġejjin mill-art Maltija, nistgħu nirrikreaw l-istorja tagħhom għax nafu min qed ikabbar u jrabbi dawn il-prodotti, u fl-okkazjoni tal-Imnarja, li hi ċelebrazzjoni tal-bidwi u r-raħħal, importanti li napprezzaw il-prodotti ta’ kwalità għolja li jipproduċu l-bdiewa u r-raħħala.”

Il-President George Vella qal li din ir-riċerka tista ssarraf biex il-prodott lokali jitpoġġa f’livell ogħla u jattira saħansitra turiżmu relatat mal-ikel.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikolutura, Clint Camilleri, ta dettalji tal-programm tal-Imnarja, li jkompli l-Ġimgħa filgħaxija fil-ġonna tal-Buskett.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar