Politika
“Qatt ma stennejt li l-Prim Ministru se jkun magħżul fost l-aktar korrotti fid-dinja” – Dr Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li qatt ma kien qed jistenna li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien se jkun magħżul mal-aktar persuni korrotti fid-dinja.

Intervistat fuq Net FM, Dr Delia qal li huwa inkwetanti li l-Partit Laburista ħalla l-pajjiż jitfarrak u sostna li wara dak kollu li qed jaħdem biss biex jirranġa s-sitwazzjoni fi ħdanu. Qal li filwaqt li l-pajjiż qed jgħereq, il-Prim Ministru siefer minn post għall-ieħor meta suppost qed jieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum. Dr Delia qal li r-rigali li rċieva l-Prim Ministru fihom rabta għax min jagħti r-rigal jippretendi xi ħaġa lura.

Dr Delia tkellem dwar il-kredenzjali taż-żewġ kandidati għall-elezzjoni ta’ mexxej tal-PL fejn spjega li t-tnejn qed jiddikjaraw li mhu se jbiddlu xejn bil-pajjiż se jibqa’ għaddej b’kontinwità, jiġifieri li mhux se jkunu investigati nies li abbużaw mill-poter. Qal li wara nhar is-Sibt mhu se jinbidel xejn. Dwar Robert Abela qal li dan irid iżomm l-istess kabinett, u se jibqa’ għaddej b’kontinwità, li fi kliem Delia tfisser li kuntent bil-korruzzjoni u r-reputazzjoni ħażina ta’ Malta. Dwar Chris Fearne qal li dan ma jifhimx xi tfisser is-saltna tad-dritt għax irid jiddeċiedi kollox hu.

Spjega li l-pajjiż m’għandux ikompli għaddej kif inhu b’mudell ta’ ekonomija żbaljat, mingħajr ippjanar fl-infrastruttura speċjalment quddiem din iż-żieda fil-popolazzjoni, bi problemi kbar ta’ faqar u akkomodazzjoni soċjali, kif ukoll dawk ambjentali. Sostna li l-pajjiż matul din is-sena għandu jitkellem fuq pjan ta’ enerġija mingħajr emmissjonijiet ta’ gassijiet valenużi fl-arja.

Dr Delia qal li jittama li matul din is-sena tissewwa l-ħsara li saret lin-negozji u l-investituri li qal qed ifittxu pajjiżi oħra. Irid ukoll li l-poplu ma jibqax jirraġuna b’mentalità li xejn mhu xejn għax dak li sitt snin ilu kien inaċċettabbli, llum qed jitbierek mill-Gvern. Sostna li kull persuna għandha terfa ir-responsabilità billi tinforma ruħa u tinsisti fuq dak li huwa sewwa.

Dr Delia qal li l-PN fassal 15-il proposta dwar governanza tajba bit-tama li dak li ġara taħt Gvern Laburista ma jerġax iseħħ. Spjega li dawn il-proposti jsaħħu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż biex dawn ma jinħakmux minn dawk li sejħilhom korrotti. Irrid ukoll li jkun hemm separazzjoni tal-poter b’saħħitha u li tkun assigurata s-saltna tad-dritt. Huwa qal li t-tmermir tal-valuri wasslu għas-sitwazzjoni li jinsab fiha llum il-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat minn Membru Parlamentari. Hija ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn qalet li bid-deċiżjoni tagħha infurmat lill-Ispeaker tal-Kamra. “Il-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni….

Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Aktar