Lokali
Qatt rajt fenka daqs din?

B’toqol ta’ kważi tmien kilo, Bella ġiet klassifikata bħala l-itqal fenek f’Malta. Hija kisret ir-rekord ta’ erba’ snin ilu b’madwar 3 kilo aktar.

Il-kompetizzjoni kienet bejn il-fniek mir-razza meqjusa tal-ġganti, bis-sidien tal-fenka Claudio u Irena Cassar qalu li mhux il-każ li l-annimal ikun żaqqieq aktar minn oħrajn.

“Forsi jiekol xi 150 gramma ġwież kuljum u daqsxejn felu u hekk… imma mhux għax oħxon, dak hu il-piż tiegħu, standard,” qal Claudio. “Dak inżommu f’gallinari kbar 4 piedi b’4 piedi fuq iċ-ċana… minħabba li tqal biex ma jbatux minn saqajhom.”

Bella għandha żmien daqs bint il-koppja. li meta twieldet kienet tiżen inqas mill-fenka.

“Our child, we used to tease her that she was born half the size of the rabbit, she was born 3kg… 700g, and the rabbit is 8kg. She took a long time reach the size of the giant rabbit,” qalet Irena.

Il-koppja għandha 18-il fenka mir-razza ġganteska. Għexieren ta’ fniek jinsabu f’wirja organizzata fis-Sala Parrokjali ta’ Pembroke minn The Malta All Breed Rabbit Club li se tibqa miftuħa tul il-ġurnata tal-Ħadd.

U f’Ħ’Attard mat-tliet mitt razza ta’ kanarini taħt saqaf wieħed, jgħannu u joħolqu qawsalla ta’ kuluri permezz tar-rix distintiv tagħhom.

Il-President tal-Għaqda Kanarini tal-Kulur Steve Ciappara, qal li s-sena l-oħra ġiet approvata razza ġdida msejħa Munio, wara li ġiet studjata fl-aħħar ħames snin. Qal li din ir-razza, permezz ta’ modifikazzjoni ġenetika sabet triqitha f’Malta din is-sena.

“Irid ikollok koppji tajbin ta’ ċertu livell li takkopjahom flimkien biex toħrog il-kulur li dejjem trid ittejjeb minn sena għall-oħra,” qal Ciappara.

Dawn l-għasafar, li jinkludu fost oħrajn uħud li rebħu kompetizzjonijiet dinjija, qed jipparteċipaw f’wirja u kompetizzjoni li għaliha ġiet ġurija mill-Italja.

Il-wirja, fit-teatru tal-Isptar Monte Karmeli, tibqa miftuħa sal-Ħadd wara nofsinhar.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ġie arrestat wara li pprova jwettaq hold-up f’Ħaż-Żabbar iżda sab reżistenza. Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8.10pm fi Triq il-Kbira, meta raġel mgħammad u armat daħal fil-ħanut u…

Lokali

Il-faċilitajiet tal-films fir-Rinella se jingħataw dehra aħjar b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni li se jtejjbu l-infrastruttura tal-faċilitajiet. Fl-istess waqt, f’intervista ma’ TVM l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li l-inċentivi fiskali mħabbra fil-budget…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs fiż-Żejtun. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Isqof Antonio Zahra. Ir-raġel,…

Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali ser tibda l-provi aħħarin fuq is-sistema elettronika tal-għadd tal-voti li ser tbiddel radikalment il-mod kif kienet tinħoloq l-istennija għar-riżultat tal-elezzjonijiet. Is-sistema elettronika ser tintuża għall-ewwel darba fl-appuntamenti elettorali…

Aktar