Qatt rajtha l-karozza tal-kbarat?

Il-ħoss tal-magna tagħha jintgħaraf minn seba’ mili bogħod. Karozza, li wasslet lil bosta kbarat u dinjitarji, irġejjen, ambaxxaturi u diplomatiċi, ministri kif ukoll presidenti.

Austin Princess hija waħda mill-aktar karozzi lussużi tas-sittinijiet b’dehra maestuża u li tpaxxi l-għajn b’mod speċjali għad-diżinn partikolari tagħha.

Illum, din il-karozza ġġorr magħha storja liema bħalha. Rakkont, fi ftit kliem, ta’ ġrajjiet sinifikanti li biddlu lil pajjiżna matul is-snin. Għal dan il-għan, Heritage Malta ppreserva dan il-wirt sabiex din il-karozza tibqa’ titgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Sir af aktar dwar din il-karozza billi ssegwi t-tieni episodju ta’ ‘Mill-Palazz’ hawn taħt, b’tiżwieqa mill-isbaħ mill-kittieb Trevor Zahra.