Lokali
Qatta’ 7 snin fuq lanċa tas-sajd Xlukkajra biex jistħarreġ it-taħdit tal-mistier

F’taħdita pubblika l-fotografu u r-riċerkatur Gilbert Calleja tkellem dwar ir-riċerka li għamel fuq lanċa tas-sajd Xlukkarja, li fiha stħarreġ il-lingwaġġ użat mis-sajjieda.

Għal seba’ snin sħaħ Gilbert Calleja segwa mill-viċin il-ħidma tas-sajjieda fuq dgħajsa tas-sajd, biex fost oħrajn jiskopri l-lingwaġġ tal-mistier tas-sajjieda.

Ma’ Television Malta, is-Sur Calleja spjega li l-esperjenza diretta tiegħu mas-sajjieda wasslitu biex fuq il-potenzjal tal-istrutturi tat-taħdit u tal-kitba, jipproduci dokumentarju għall-internet.

Is-Sur Calleja qal li fil-bidu tar-riċerka beda jiddokumenta x-xogħol tas-sajjieda bil-fotografija, u maż-żmien inkluda wkoll il-vidjografija. Qal li żvolta interessanti f’din ir-riċerka kienet is-sejba ta’ djarju antik mimli dettalji mprezzabli .

“Li kien hemm interessanti ħafna u speċjalment fil-kuntest tas-sajjieda, huwa li n-nannu tal-kaptan li llum huwa l-kaptan tal-lanċa kien iżomm djarju li jtul madwar 40 sena, u fih hemm id-dettalji kollha dwar is-sajdiet kollha li kienu jagħmlu.”

Qal li dan l-istudju huwa ta’ interess għaliex jixħet dawl ġdid fuq is-sajda bil-lampiera li tinsab fil-periklu li tintilef. “Għax is-sajd tal-lampiera qed dejjem jonqos, is-sajjieda Maltin qed dejjem qed jonqsu u qed jiżdiedu s-sajjieda barranin, li fiha nnifisha hi interessanti, għaliex hemm skambju kulturali.”

Antoine Abela, il-Kaptan tad-dgħajsa Joan of Arc spjega li dis-sajda hi differenti minn sajdiet oħrajn. “Is-sajda tagħna bażikament aħna naħdmu bil-lejl bid-dwal, il-lanċa tkun mixgħula, naqbdu l-ħut bix-xibka u mhux is-sunnara, u hekk inkunu naħseb nies aktar baħrin, ikollna seba’.”

Dan il-proġett sar bl-inizjattiva tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, bil-fondi tar-riċerka tal-Università ta’ Malta u l-appoġġ tal–Klabb Kotba Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Aktar ma jmur, aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. It-tielet Live Show jinsab magħna, hekk kif illejla ‘X Factor Malta’ jissokta b’appuntament ieħor ferm mistenni mill-pubbliku Malti u…

Sport

L-MFA qed tinvestiga kif f’partita tal-F.A Trophy, it-tim tax-Xewkija Tigers, li suppost kien qed jilgħab b’għaxar plejers għaliex kellu wieħed imkeċċi, spiċċa l-partita bi ħdax-il plejer. Pietà marru fil-vantaġġ wara…

Qorti

Zeiad Mohamed Abuzoda ġie akkużat li s-Sibt ikkaġuna ħsara u hedded numru ta’ persuni f’San Pawl il-Baħar. Il-Libjan ta’ 40 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti quddiem…

Saħħa

Ċittadini Maltin li jagħtu l-kunsens biex it-tagħrif mediku tagħhom ikun aċċessibbli minn sptarijiet f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu mgħejuna b’aktar effiċjenza f’każ t’emerġenza waqt li jkunu msefrin. Malta hija fost…

Aktar