Kurżitajiet
Qatta’ l-jiem tal-Milied isiefer biex ikun qrib bintu

Il-Milied hija l-festa tal-familja tant li kulħadd jipprova jsib ħin biex iqattgħu mal-qraba biex jiċċelebrawh flimkien.  Pierce Vaughan, li hija air hostess Amerikana, li din is-sena ma setgħetx tqatta’ l-Milied mal-familja tagħha.

Missierha Hal, biex ikun qrib tagħha, iddeċieda li jaqta’ biljetti għat-titjiriet li kienet xogħol fihom bintu u b’hekk seta’ jiċċelebra l-Milied magħha.  Din l-istorja nfirxet mal-erbat irjieħ tad-dinja permezz tal-media soċjali hekk kif passiġġier li kien bil-qiegħda ħdejn missier l-air hostess iddeċieda li jirrakkontaha fuq Facebook.

Mike Levy kien fuq it-titjira minn Florida għal Detroit u meta tkellem ma’ Hal skopra x’ġest kien qed jagħmel dan il-missier biex ikun qrib ta’ bintu.  Għalhekk Hal qatta’ lejliet il-Milied u l-jum tal-Milied jivjaġġa ma’ bintu madwar il-pajjiż kollu bl-ajruplan.

Il-post ta’ Mike ġie xxerjat ukoll minn Pierce li kkummentat kif dan kien l-ewwel vjaġġ għal missierha bil-benefiċċji li tagħti l-linja tal-ajru li timpjegaha.  Dan għax Delta Airlines toffri tariffi mraħħsa lill-qraba tal-impjegati tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar