Barranin
Qattus jew volpi? Speċi ġdida skoperta f’Corsica

Riċerkaturi fi Franza qed jistudjaw id-DNA ta’ qattus li jixbah lill-volpi, u li jgħix fil-foresti tal-gżira Corsica.

Rangers mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Kaċċa u s-Selvaġġ s’issa sabu 16-il individwu minn din l-ispeċi, li għalkemm tixbah ħafna lill-qattus, għandha wkoll karatteristiċi tal-volpi.

Din l-ispeċi hija ikbar minn qattus normali, għandhom denb kbir b’forom ta’ ċrieki fuqu, u nejbiet żviluppati ħafna.

Id-DNA ta’ dawn l-ispeċi hija differenti minn dik tal-qattus selvaġġ Ewropew, li jġib l-isem xjentifiku Felis silvestri silvestris, u hija iktar viċin tal-ispeċi Afrikana Felis silvestris lybica.

L-identità preċiża tagħhom iżda għadha mhux magħrufa, u huwa maħsub li setgħet oriġinat fl-Afrika jew il-Lvant Nofsani eluf ta’ snin ilu.

Ir-rangers qed jittamaw li billi jaqbdu, jistudjaw u jimmarkaw l-annimali, l-ispeċi tkun tista’ tiġi rikonoxxuta u protetta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ilnieraħ il-linja tal-ajru British Airways ħassret it-titjiriet kollha lejn il-kapitali Eġizzjana li kienu skedati sal-ġimgħa d-dieħla. Il-kumpanija qalet li ħadet din il-miżura bħala prekawzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà, iżda ma…

Barranin

Esperti forensiċi baqgħu mistagħġba meta waqt investigazzjoni fuq l-għibien ta’ tifla fl-1983, Emanuela Orlandi, meta qalgħu l-għadam minn żewġ osswarji fil-Vatikan, ma sabu lanqas l-għadam ta’ żewġ prinċipessi tas-seklu dsatax…

Barranin

F’Venezja, il-Pulizija mmultat żewġ turisti Ġermaniżi wara li nqabdu jagħmel kafè fuq it-taraġ tal-pont ta’ Rialto It-turisti weħlu multa ta’ €950 talli kienu qed isajru l-kafè fuq kuker żgħir. Flimkien…

Barranin

Il-vulkan Etna qed jerġa’ jiżbroffa u li kawża tad-duħħan iswed, ajruporti fil-viċinanzi fosthom ta’ Katanja u Comiso qed ikollhom jillimitaw l-operat tagħhom. Nies entużjasti fuq il-vulkan ħadu ritratti mill-isbaħ tal-lava…

Aktar