Infrastruttura
Qed isir skavar mingħajr l-istudji li hemm bżonn – MDA

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) qalet li qed isir skavar mingħajr ma tiġi studjata l-istruttura tal-ħitan tal-binijiet biswit is-sit li jkun qed jiġi mħaffer. Qalet li wieħed ma jistax jassumi li dawn il-ħitan huwa stabbli.

L-MDA irreferiet għall-każ ta’ dalgħodu fil-Pietà, li fih iġġarraf ħajt ta’ blokka appartamenti, u qalet li tinsab ixxukkjata bis-sitwazzjoni.

L-assoċjazzjoni żiedet tgħid li tingħaqad mal-pubbliku biex tittieħed azzjoni urġenti, u li se tkun qed tappoġġja lill-Gvern f’kull deċiżjoni li tirrigwarda l-ħitan biswit siti ta’ skavar, bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tal-pubbliku.

L-MDA temmet tgħid li l-awtoritajiet għandhom iwaqqfu steering commitee li jimplimenta regoli għal siti fejn ikun se jitwaqqa’ bini li jmiss ma’ bini ieħor.

Il-binja li ġġarrfet illum kaġun ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni biswitha hija t-tielet waħda f’temp ta’ xahrejn.

Ara wkoll:

Dak li bassret ġara – tiġġarraf il-blokka appartamenti li tgħix fih

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar