Annimali
Qed issib minn dawn f’darek?

Bosta familji rrappurtaw li qed isibu ammont sostanzjali ta’ dan it-tip ta’ insett iswed li jkanġi fl-aħdar fi djarhom speċjalment fil-btieħi, fuq il-bjut jew fil-ġonna tar-residenzi tagħhom.

TVM tkellem mar-riċerkatur, konservazzjonist u ambjentalist Arnold Sciberras li kkonferma li Malta qed tesperjenza invażjoni ta’ din it-tip ta’ ħanfusa magħrufa aħjar bħala l-Vine Beetle (Colaphus Pulchellus – Ħanfusa tad-Dwieli) li bħalissa, huwa żmienha.

L-ambjentalist Arnold Sciberras

Sciberras qal li din l-ispeċi aljena, jiġifieri mhux endemika (li ma toriġinax minn Malta) tagħmel ħafna ħsara lid-dwieli. Qal li meta ma ssibx id-dwieli tagħmel ħsara lill-kaboċċi u lill-pastard. Iżda, skont Sciberras, għajr għad-dwieli m’għandniex ninkwetaw għaliex din il-ħanfusa ma tagħmilx ħsara lill-bniedem.

Ikkuntattjat minn TVM, Sciberras qal li din il-ħanfusa ttir u tinġibed lejn ilwien u uċuħ ċari speċjalment lejn iż-żebgħa jew madum bajdani.

Sciberras qal li Malta qatt ma rat invażjoni daqshekk kbira ta’ din l-ispeċi, bl-aħħar invażjoni ta’ din il-ħanfusa tmur lura għall-2001.

L-ambjentalist qal li din l-ispeċi tista’ tiġi kkontrollata b’bexx naturali li jattakka lill-ħanfus adult.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Sewwieq li qabeż central strip u baqa’ dieħel f’karozza b’mara u tarbija fiha kien immultat u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża. L-inċident kien seħħ f’April tas-sena l-oħra, meta Herbert Said ta’…

Politika

Il-Gvern Malti kkundanna ż-żieda fil-vjolenza li qed tkun irrappurtata madwar Gaza, b’mod partikolari fuq il-pubbliku. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-qraba tal-vittmi u solidarjetà…

Lokali

Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni tar-Reġistru Elettorali, il-Kummissjoni Elettorali qed tfakkar lil kull min jikkwalifika biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta’ Settembru 2018 għandu jiċċekja jekk ismu u l-partikolaritajiet…

Aktar