Lokali
Qed issir tindifa tajba lill-bajjiet qabel jibda s-sajf

Id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ta’ kull sena tara li l-infrastruttura tal-għamara tal-baħar tkun dejjem adekwata u sigura għall-użu tal-pubbliku.

Id-diviżjoni ta’ kull sena tieħu l-inizjattiva biex tara kif il-pubbliku jista’ jingħata servizz mill-aqwa u prodott aħjar għalhekk kull sena jitwaħħlu iktar minn 340 sellum, 30 tapit ta’ decking, 8 bridges li jwasslu lill-għawwiema dirett fil-baħar u jitwaħħlu wkoll iktar minn 1,000 kontenitur tal-iskart.

Il-Ministru Owen Bonnici faħħar ix-xogħol li tagħmel din id-Diviżjoni biex iżżomm il-bajjiet nodfa u fi stat tajjeb.  Qal li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jsiru matul is-sena kollha, b’seba’ impjegati jirranġaw u jagħmlu dawn il-faċilitajiet li jitneħħew fix-xhur mhux tas-sajf għall-manutenzjoni annwali tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista fakkar kif il-maltempata li ħakmet lil pajjiżna fi Frar ta’ din is-sena, kkawżat diversi ħsarat matul il-kosta Maltija bl-ispiża laħqet l-€40,000.  Qal li ġew immanifatturati 150 sellum, 80 hand rail u iktar minn 100 bracket ġdida li magħhom se jitwaħħlu l-kontenituri tal-iskart.

Id-Direttur Ġenerali responsabbli mid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni Ramon Deguara fakkar biex il-pubbliku u kull min jiltaqa’ mal-bżonn li jirraporta każijiet ta’ skart illegali jċempel fuq 1718 jew juża il-mobile app ‘Clean and Upkeep’.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar