Barranin
Qed jgħidu li Lady Gaga se tonfoq €5m biex tiżżewweġ f’Venezja

Wara sena ta’ suċċess kbir, bil-film ‘A Star is Born’, l-2019 mistennija tkun sena oħra tajba għal Lady Gaga.  Dan hekk kif l-artista internazzjonali mistennija tiżżewweġ lis-sieħeb u manager tagħha Christian Carino.

Skont ix-xniegħat, il-kantanta li isimha propju huwa Stefanie Joanne Angelina Germanotta, se tagħmel tieġ kbir tant li qed jingħad li se tonfoq mal-€5 miljun.  It-tieġ jidher li se jsir f’Venezja, l-istess belt fejn iltaqgħet ma’ Christian u fejn iddebuttat bħala attriċi.

L-aħbar ixxandret fuq ir-rivista Amerikana ‘Life & Style’ u jidher li għandha sorsi tajbin ħafna dwar it-tieġ ta’ Lady Gaga.  Fost id-dettalji li ħarġu s’issa, iċ-ċerimonja se tkun riservata fost ċirku żgħir ta’ ħbieb fosthom Elton John, Bradley Cooper u Donatella Versace.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dipartiment tal-ġustizzja Amerikan ħareġ mandat sabiex jieħu tanker taż-żejt Iranjan li jinsab miżmum f’Ġibiltà, l-għada li Imħallef f’Ġibiltà ordna li jiġi rilaxxat. It-tanker Grace 1 qed iġorr aktar minn żewġ…

Barranin

Tmien persuni mietu u 10 oħra ndarbu wara li ħakmu nirien f’lukanda fl-Ukrajna. In-nar, li tkebbes wara nofsillejl għadu mhux magħruf kif qabad. Fil-lukanda, Tokyo Star hemm mal-273 kamra. Il-pumpiera…

Barranin

Miet l-attur u direttur Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Peter Fonda huwa iben l-attur Henry Fonda u ħu l-attriċi Jane Fonda. Fonda kellu bint li hija attriċi wkoll, Bridget…

Barranin

Kelliema għall-Uffiċċju tal-Kap Mediku ta’ New York, ikkonfermat li awtopsja kkonkludiet li l-finanzier Amerikan Jeffrey Epstein ta’ 66 sena, miet kawża ta’ suwiċidju. Epstein instab mejjet il-ġimgħa l-oħra fiċ-ċella tal-ħabs…

Aktar