Festi
Qed jiġbru l-fliexken tal-ħġieġ għal siġra tal-Milied f’Għajnsielem

Hekk kif din is-sena mhux se jsir Betlehem f’Għajnsielem, il-Kunsill Lokali qal li xorta qed jaħseb biex jagħmel attrazzjoni għall-Milied.

Il-pjan hu li tinbena siġra għolja 50 pied u maghmula mill-flixken tal-ħġieġ f’messaġġ favur l-ambjent u r-riċiklaġġ.

Il-kunsill qal li għal din l attrazzjoni jridu jinġabru aktar min 4500 flixkun tal-ħġieġ ta’ qies ta’ 75cl bħal tal-inbid u ta’ kull kulur.

Għalhekk kulħadd qed ikun mistieden biex jipparteċipa billi jwassal il-fliexken quddiem l-Uffiċċju tal-Kunsill kull nhar ta’ Sibt bejn id-9.00am u l-11.00am.

Intqal li din is-siġra ser issir bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa Għajnsielem u tal-Ministeru għal Għawdex.