Lokali
Qed jiġu studjati l-fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu waqt l-iskavar għall-proġett tal-mini f’Santa Luċija

Il-fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu waqt l-iskavar għall-proġett tal-mini f’Santa Luċija, qegħdin jiġu studjati mill-arkeologi, waqt li x-xogħlijiet fuq il-proġett komplew mingħajr ma affetwaw dawn is-sejbiet.  Is-supretendent tas-sovraintendenza tal-patrimonju Kulturali Joe Magro Conti, qal lil TVM li dawn is-sejbiet huma ta’ oqbra u sistemi agrikoli u saħaq li x-xogħol min Infrastruttura Malta fiż-żona qiegħed isir b’konsultazzjoni mas-sovraintendenza.

L-oqbra u sistemi agrikoli possibilment tal-perjodu puniku ta’ żmien ir-Rumani li nstabu waqt l-iskavar għall-proġett tal-mini f’Santa Luċija waqt li qed jigu studjati bir-reqqa, mhux qegħdin itelfu r-ritmu tal-proġett.

L-Għaqda Save Santa Lucia Open Spaces Network sejħet biex jieqfu x-xogħlijiet sakemm isiru l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi.

Mill-banda l-oħra, il-Perit tal-proġett Raphael Abdilla u s-Supretendent tas-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali, Joe Magro Conti, spjegaw li x-xogħlijiet qed ikomplu wara li saru bidliet u qed jaħdmu id f’id biex ma ssirx ħsara li dawn is-sejbiet.

Il-Perit Raphael Abdilla qal li tibdiliet li saru huma fir-rotta tas-servizzi bħal cables tad-dawl li ser jgħaddu min taħt l-art u ser jintuzaw inġenji biex ma ssirx ħsara lis-sit arkeoloġiku.

Is-sur Magro Conti qal li dik li tidher li hija sistema agrikola qed tiġi skavata bl-idejn taħt is-superviżjoni tal-arkeoloġi, l-istudju fuq l-oqbra ser jieħu iżjed żmien.

Is-supredendent għall-Patrimonju Kulturali, qal li waqt li tagħmel l-almu tagħha biex tipproteġi il-wirt kulturali, s-sovraintendenza tipprova ssib bilanċ bejn il-patrimonju u l-iżvilupp li l-pajjiż għandu bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar