Toroq
Qed jistedinha jew le?

Jidher li l-maltemp tal-ġimgħa l-oħra kompla jgħawweġ dan l-arblu.

Ir-ritratt hawn fuq juri periklu imminenti hekk kif arblu li jinsab fil-parkeġġ tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wasal biex jitqaċċat kompletament.

Karozza li tinsab ipparkjata viċin l-arblu jaf tlaqqatha jekk iċedi.

Persuna li kkuntattjat TVM qalet li miż-żona jgħaddu ta’ kuljum ħafna tfal tal-iskola.

Ftit tal-jiem ilu kawża tal-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin tqaċċat wieħed mill-itwal arbli, dak fin-Nadur.

Ara wkoll:

Il-maltemp iqaċċat wieħed mill-itwal arbli fil-gżejjer Maltin