COVID-19
Qed jitħejjew il-miżuri li jridu jiġu osservati f’seduti tal-Qorti

Il-Kamra tal-Avukati qalet li tinsab infurmata li l-awtoritajiet tas-saħħa qed iħejju l-protokolli marbuta mal-Covid-19 li għandhom jiġu osservati f’seduti tal-Qorti.

Fi stqarrija l-Kamra qalet li dalgħodu kellha laqgħa mal-Ministru tal-Ġustizzja, rappreżentati tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni tal-Qrati dwar il-protokolli li ser jintużaw fil-Qrati għal perjodu tranżitorju, biex filwaqt illi l-qrati jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jiffunzjonaw u jinżammu s-seduti, jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji.

F’din il-laqgħa l-Kamra qalet li ġiet infurmata li qiegħed jitħejja dokument mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika li jistabbilixxi l-protokoll dwar kif għandhom jinżammu seduti fil-qorti, la darba tinfetaħ il-qorti.

Dan id-dokument ser jiġi ċirkolat mal-partijiet kollha, biex wara jitkomplew id-diskussjonijiet bejn il-partijiet nhar l-Erbgħa li ġej.

Il-Kamra qalet li ser tieħu pożizzjoni dwar dan wara li jkollha l-opportunità li teżamina dan id-dokument u wara li tkun għamlet is-sottomissjonijiet tagħha lil dan il-kumitat ad hoc.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Lokali

Ġie inawgurat uffiċjalment il-proġett ta’ tour virtwali fil-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Dan il-proġett, mgħejjun mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, inħoloq matul il-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb li l-katidral xorta waħda jiftaħ il-bibieb…

Storja

Heritage Malta għadha kif fetħet tliet siti ta’ importanza storika li jinsabu f’qiegħ il-baħar biex issa l-aġenzija għandha 15-il sit marittimu b’importanza arkeoloġika. Is-siti huma B-24 bomber Liberator Amerikan li…

Lokali

Sehem Malta fil-Commonwealth kien diskuss f’laqgħa bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth il-Barunessa Patricia Scotland. Il-Ministru Bartolo tkellem dwar il-vokazzjoni naturali ta’ Malta bħala proponent ewlieni fil-komunità ta’…

Aktar