Stejjer Umani
Qed joffru wens u jagħtu kuraġġ lil min ibati bil-Bi Polar

Il-Koppja Albert u Lina McCarthy li s-soltu nafuhom l-iktar fil-Milied bħala l-koppja Santa Klaws, mid-dar tagħhom qegħdin jgħinu nies li minħabba l-kundizzjoni mentali Bi Polar qed iħossuhom waħidhom. Qalu li filwaqt li s-soltu nies b’din il-kundizzjoni jkunu mħeġġa biex joħorġu, minħabba l-Covid 19 qed iħossuhom bħal priġunieri fi djarhom. Madanakollu, Albert Mc Carthy li hu stess huwa pazjent tal-kundizzjoni Bi Polar qed jagħmel kuraġġ lil kull min ibati b’kundizzjonijiet mentali biex jokkupa ruħu b’attivitajiet li jieħu gost jagħmel.

Albert Mc Carthy qal li flimkien ma’ martu Lina qed ikollhom talbiet minn diversi nies għall-għajnuna għax minħabba l-pandemija kellhom iwaqqfu l-laqgħat tal-għaqda tagħhom ‘Be Positive Bi Polar self help Malta’. F’dawn il-laqgħat persuni bil-kundizzjoni Bi Polar isibu l-wens b’xulxin. Is-sur Mc Carthy qal li l-Covid 19 ħolqot stress kbir fost pazjenti b’kundizzjonijiet mentali fosthom dawk bil-Bi Polar.

“Żgur dak li jkun iħoss tensjoni, tkun tensjoni jew fuq xejn, imma jekk iżżidha, tkun qisha bomba lesta biex tesplodi”.

Lina McCarthy qalet li meta persuna jkollha kundizzjoni mentali, tħossha iktar waħidha u b’semplici telefonata tagħmliha ħafna ġid. Qalet li hi fejn tista’ qed iċċempel lil nies li għandhom kundizzjonijiet mentali u ttihom il-kuraġġ u tħeġġiġhom jibqgħu attivi.

“Però hemm biex tehda, għax tv, ftit faċendi, tisjir, qed inkun kuntenta kif jien”.

Il-koppja McCarthy qed jagħmlu ħilithom biex mid-dar jibqgħu jgħinu kemm jistgħu.

“Jekk trid l-għajnuna min-naħa tagħna huwa li tħallilna messaġġ fuq il-Facebook tagħna Bi Polar Malta.org, ismek u telephone u nċemplulek aħna”.

Minbarra l-għajnuna ta’ għaqdiet volontarji bħal tal-koppja McCarthy, il-Fondazzjoni Richmond qed toffri għajnuna professjonali fil-qasam tas-saħħa mentali fuq in-numru 1770 erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar