Infrastruttura
“Qed nagħlqu l-ventilaturi biex il-ħmar ma jwaħħalx f’denbu” – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bir-regolamenti l-ġodda dwar l-industrija tal-kostruzzjoni, il-Gvern qed jagħlaq il-ventilaturi biex fi kliemu, il-ħmar ma jwaħħalx f’denbu, u tkun tista’ tintrefa’ responsabbiltà meta tiġġarraf xi binja ta’ terzi.

B’referenza għall-inċidenti riċenti fejn persuni tilfu darhom, b’mod partikolari dawk fi Gwardamangia l-ġimgħa l-oħra, il-Prim Ministru qal li l-Gvern mhux se jittollera li min ikun responsabbli fis-settur privat jitfa’ l-piż tal-konsegwenzi fuq il-Gvern.

Qal li l-Gvern lest li jgħin lill-persuni milquta, għax ma jridx li dawn jispiċċaw vittmi, iżda fl-istess waqt mhux se jħalli li titfarfar ir-responsabbiltà minn min suppost għandu jerfagħha.

Mistqosi jekk iħossx li l-Gvern ħalla s-sitwazzjoni tiddiġenera, il-Prim Ministru qal li l-industrija kibret ħafna iktar mill-entitajiet regolatorji, u hemmhekk il-Gvern irid inaqqas id-distakk.

Ara l-kummenti sħaħ tal-Prim Ministru:

Ara wkoll:

ARA: Ir-regolamenti l-ġodda dwar il-kostruzzjoni għall-konsultazzjoni

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Lokali

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm…

Lokali

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’…

Lokali

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt…

Aktar