Barranin
“Qed naraw differenza kbira bejn dawk li għandhom il-flus u dawk le” – Maltija fi Franza

Fi Franza komplew il-protesti dwar l-għoli tal-ħajja mid-demostranti tal-ġakketta safra li qed jitolbu żieda fil-paga, tnaqqis fit-taxxa, pensjonijiet aħjar, anqas rekwiżiti tal-Università u r-riżenja tal-President Emanuel Macron.

Il-Pulizija ta’ kontra l-irvellijiet kellhom jerġgħu jużaw il-gass tad-dmugħ biex jikkontrolla l-atteġġjament vjolenti ta’ folla ta’ madwar 5,000 persuna li nġabret fiċ-ċentru tal-Belt Kapitali Pariġi. Il-Pulizija arrestat mill-anqas 272 persuna.

Aktar minn 8,000 Pulizija u tnax il-vettura militari jinsabu f’Pariġi filwaqt li mad-90,000 aġent tas-sigurtà huma mferrxa mal-pajjiż kollu fejn qed jingħad li aktar minn 31,000 persuna ħadu sehem fi protesti f’diversi postijiet fosthom Lyon, Marseille u Grenoble. Is-sitwazzjoni qaflet ħafna nies id-dar fosthom il-Matija Helen Mamo Gharbi li ilha tgħix Pariġi 32 sena. Qalet li s-sitwazzjoni hija diffiċli tant li l-Pulizija ħarġet ordni ta’ protezzjoni.

Helen Mamo Gharbi qalet “ħadd mhu qed joħroġ barra, kulħadd qiegħed id-dar, ħarġu ordnijiet mill-Pulizija biex ma mmorrux il-postijiet fiċ-ċentru bħal Avenue de Washington. Il-mużewjiet kollha magħluqin u l-ħwienet ħadd ma jista’ jmur imkien għax it-tubes u l-istations ħafna minnhom magħluqin għax bħalissa qed jinħarqu ħafna karozzi, ħwienet jitkissru, qalgħu t-toroq u sal-lejla aktar ser tiħrax.”

Mamo Gharbi qalet li l-ħaddiema qed jaqilgħu u jikluha.

“Issa qed naraw differenza kbira bejn in-nies li għandhom il-flus u dawk li ma għandhomx. Meta ġejt hawnhekk kulħadd kien l-istess kulħadd jista’ jonfoq, kien hawn għall-fqir u kien hawn għas-sinjur issa l-ħajja tant saret għolja, that we see a lot more people poorer than before.”

Il-Gvern Franċiż ħabbar lit-taxxa fuq il-fuels mhix ser tidħol fis-seħħ u tħabbar ukoll iffriżar fuq il-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass sas-sena d-dieħla. Il-kritiċi qed isejħu lil Emanuel Macron president tas-sinjuri. Qed jingħad li huwa qed jipprepara biex il-ġimgha d-dieħla jindirizza n-nazzjon dwar il-kriżi.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar