Barranin
“Qed ngħix ħajti mill-ġdid” – it-tfajla li għamlet trapjant tal-qalb

Tfajla Ingliża qed tgħix ħajjitha mill-ġdid wara li għall-ewwel darba sar trapjant tal-qalb b’metodu li qabel kien jintuża biss fuq pazjenti adulti.

Bis-saħħa ta’ dan il-metodu ġdid, it-tfajla sarilha trapjant tal-qalb wara biss 8 ġimgħat biex f’temp ta’ ftit xhur reġgħet bdiet tgħix mill-ġdid

Sentejn ilu d-dinja nqalbet ta’ taħt fuq għat-tfajla mir-Renju Unit Freya Heddignton. Skopriet li għandha kundizzjoni serja f’qalbha li ma tħallihiex tieħu nifs u tikkawżalha wġigħ kbir f’sidirha. Ta’ 14-il sena t-tobba qalulha li għandha bżonn trapjant tal-qalb. Għall-ewwel, it-tfajla ħasbet li se ddum sentejn tistenna fuq ix-xwiek għal trapjant. Iżda l-qalb ġdida tagħha waslet f’xahrejn biss.

”I am ecstatic that I got such an amazing gift, but it’s also upsetting to know that someone also died.”

It-tfajla rċeviet qalb ġdida bis-saħħa ta’ teknoloġija ġdida. It-tobba spjegaw li l-qalb tittieħed mill-pazjenti wara li ma jibqgħux jgħixu bil-magni.

Wara, jitwaħħal tagħmir apposta mal-qalb biex tibda terġa’ tippompja d-demm qabel titpoġġa lura f’ġisem ieħor.

L-infermiera Jen Baxter qalet ”The heart is sitting with the connector at the top, the aorta.”

Għall-bidu, din il-proċedura kienet issir biss fuq pazjenti adulti. Madankollu t-tobba rnexxielhom isibu mezz kif jużaw din it-teknoloġija f’pazjent żgħar bħal Freya.

Il-Kirurgu, Marius Bergman qal ”in other words, we double the amount of heart transplantation and we reduce the waiting time period and we had to do the exactly same thing for the pediatric recipients and at the same time, for both populations to reduce the mortality in the waiting list, that’s what we achieved.”

Freya hi fost sitt żgħażagħ fir-Renju Unit li llum qed jgħixu ħajjithom b’qalb ġdida bis-saħħa ta’ din il-proċedura.