Storja
Qed tagħrfu dan il-post?

Pensjonant, li kien jiġbor il-melħ mis-Salina, għandu dispjaċir sal-mewt li minkejja l-flus li ntefqu biex tkun irrestawrata, is-Salina mhix tipproduċi melħ. Karmenu Camilleri, li għomru u żmienu jiġbor il-melħ mis-Salina, jitkellem b’nostalġija dwar is-snin li qatta’ jiġbor il-melħ biex jgħajjex il-familja.

F’dan ir-ritratt meħud fil-bidu tas-snin sebgħin, Karmenu Camilleri jidher qed jiġbor il-melħ bil-pala mis-Salina.

“Xogħol tat-tbatija. Mhux żgħira x-xogħol tagħha. Ma nafx kemm baqa’ min jagħmlu. Ma nafx.”

Għal iktar minn 40 sena, Karmenu kien jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum mis-Salina li nbniet mill-inġiniera tal-Ordni ta’ San Ġwann. Skont il-pjanta, is-Salina nbniet fl-1764.

“Ifhimni tibqa’ timmissjah dejjem imma ma tantx għadni għax issa ili 15-il sena li rtirajt imma jien kuljum hawn isfel.”

Ir-riċerkatriċi Pauline Dingli spjegat li s-Salina, li hi l-ikbar sistema ta’ salini f’Malta b’tul ta’ madwar kilometru, kienet tiswa mitqlu deheb għall-Kavallieri. “Tinsiex ma kienx hawn refrigeration dak iż-żmien allura l-ikel kienu jippreservawh bil-melħ.”

Il-Kavallieri kienu jesportaw il-melħ madwar l-Ewropa. Il-melħ ta’ Malta kien iħabbatha sew mal-aqwa melħ ta’ dak iż-żmien fosthom ta’ Venezja.

Pauline Dingli qalet “kien melħ abjad ħafna tagħna, kemm bħala aċidità, kemm bħala kulur u togħma kien dejjem jikkompeti mal-aqwa melħ li kien hemm.”

Għandhom dispjaċir wieħed.

Pauline Dingli qalet “intefqu l-flus biex ġiet restawrata u mhix qiegħda taħdem, mhux naraw melħ.”

Karmenu Camilleri stqarr “qatt ma bsart li nefqulha dawk il-flus kollha u mhux jagħmlu melħ, hux hekk?”

Ir-riċerkatriċi hi tal-fehma li s-Salina u l-produzzjoni tal-melħ għandhom ikunu parti mill-wirt kulturali dinji tal-UNESCO.

Pauline Dingli qalet “bħal Malta m’għandhomx għax ta’ Malta saret mill-Kavallieri u l-inġinieri tagħha, u allura nemmen li għal Malta għandha tkun listed bħala World Heritage.”

Is-Salina hi waħda minn 40 salini mxerrdin ma’ Malta, Għawdex u Kemmuna li sabet ruħha fi ktieb dwar l-istorja tas-salini mill-pinna ta’ Pauline Dingli.

 

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Kronaka

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara li ttella’ mill-Bajja tal-Balluta. Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar f’din il-bajja….

Aktar