Ambjent
Qegħdin jitħawlu mal-1,000 siġra maġenb il-Forti Madliena fis-Swieqi

Mal-elf sigra indiġina u arbuxell qegħdin jitħawlu fit-triq maġenb il-Forti Madliena fis-Swieqi. Ir-rijabilitar taż-żona qiegħed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Minsiteru tal-Ambjent u l-Kunsill Lokali huwa parti mill-proġett ta’ afforestazzjoni ta’ Ambjent Malta, li qiegħda tamministra t-tħawwil u l-ħarsien tas-siġar.

Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li ż-żona b’medda ta’ 15,000 metru kwadru qed tiġi mnaddfa biex jitħawlu sigar indiġini bħal Imbralja, iż-Żagħrun u d-Deru.

Is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat u l-kumitat amministrattiv tal-Madliena rringrazzjaw lill-Ministeru tal-Ambjent għal dan il-proġett kif u għall-għotja ta’ €30,000  li ser jintużaw biex jitħawlu aktar siġar fil-lokal.

Is-Sindku qal li l-Kunsill daħal fi ftehim ma’ kumpanija privata li ser tiffinanzja t-tisqija tas-siġar għall-ħames snin li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Tliet politiċi kienu fost tnejn u għoxrin personalità li ġew onorati bid-dekorazzjonijiet tal-istat. Magħhom ġew onorati wkoll diversi personalitajiet għas-servizzi li taw fil-karrieri distinti tagħhom. Fosthom jispikkaw il-kuntistabbli Simon Schembri,…

Stejjer Umani

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra. Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn…

Lokali

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra. May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa…

Lokali

Qed jinbidlu bħalissa l-bozoz kollha li jdawlu t-toroq ewlenin f’Malta fi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-elettriku b’madwar 70%. Il-bozoz il-ġodda, aktar minn tliet elef, huma tal-għamla LED u joffru…

Aktar