Barranin
Qegħdin viċin kollass taċ-ċiviltà u l-estinzjoni – Sir David Attenborough

Ix-xandar Ingliż u ambjentalist, Sir David Attenborough, iddeskriva t-tibdil fil-klima bħala l-akbar theddida għall-umanità f’eluf ta’ snin. Fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-taħditiet dwar it-tibdil fil-klima COP24, li qed isiru fil-Polonja, hu qal li t-tibdil fil-klima jista’ jwassal għall-kollass taċ-ċiviltà u l-estinzjoni ta’ ħafna mid-dinja naturali. Dawn it-taħditiet, li qed isiru bl-appoġġ tan-Nazzjonijiet Magħquda huma l-aktar kruċjali mill-ftehim ta’ Pariġi fl-2015.

Sir David Attenborough qal li n-nies tkellmu u l-messaġġ hu ċar. Issa jmiss lill-mexxejja jieħdu azzjoni.

Fil-ftuħ tat-taħditiet, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres qal li għal ħafna nies, reġjuni u anke pajjiżi l-isfida tat-tibdil fil-klima diġà hija kwistjoni ta’ ħajja jew mewt.

Guterres qal “we are in trouble, we are in deep trouble with climate change. Climate change is running faster than we are, and we must catch up sooner rather than later before it is too late.”

Sadanittant, il-Bank Dinji ħabbar 200 biljun dollaru f’fondi għal ħames snin bħala għajnuna lill-pajjiżi biex jieħdu azzjoni kontra t-tibdil fil-klima.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ. Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà…

Dieta

Jekk tintiżen regolament id-dar u toqgħod attent x’tiekol tista’ tevita milli teħxien f’dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied. Studju ġdid mill-Universitajiet ta’ Birmingham u Loughborough qasmu lill-voluntiera f’żewġ gruppi biex janalizzaw x’jiġri…

Barranin

Wara żmien twil ta’ preparamenti, immaġina tqum fil-jum tat-tieġ tiegħek, u ssib email mingħand il-kumpanija tal-catering tgħarrfek li mhux se tipprovdilek l-ikel, għax sid il-kumpanija u ibnu mietu f’inċident ikrah….

Kurżitajiet

Żewġ sorijiet tas-skola Kattolika f’Kalifornja ammettew li serqu mal-$500,000 biex jilagħbuhom f’Las Vegas. Suor Mary Kreuper u Suor Lana Chang serqu l-flus minn St James’ Catholic School f’Torrance, belt viċin…

Aktar