Reliġjon
Qorti Awstraljana tannula sentenza li sabet l-eks Arċisqof Wilson ħati li ħeba abbużi sesswali fuq tfal

Il-Qorti tal-Appell annulat is-sentenza li fiha l-eks Arċisqof fl-Awstralja, Philip Willson ta’ 68 sena kien instab ħati li ħeba abbuż tat-tfal.

L-Imħallef Ellis fi New South Wales qal li hemm diversi dubji dwar is-sentenza li fiha Willson kien instab ħati li ħeba każ ta’ abbuż sesswali li seħħ fis-snin sebgħin.

Wilson huwa l-aktar kleriku anzjan li s’issa nstab ħati ta’ dawn l-akkużi li jinvolvi abbatini li kienu qed iservu lill-Knisja fi New South Wales. Dawn it-tfal kienu abbużati minn qassis li kien kollega tal-Arċisqof Wilson, James Fletcher li kien instab ħati li abbuża minn 9 itfal, fis-sena 2004 u miet fil-ħabs sentejn wara.

Min-naħa tiegħu, Wilson dejjem ċaħad li kien jaf li Fletcher abbuża mit-tfal.  Huwa appella mis-sentenza li ngħatat f’Mejju li għadda.

Fis-smigħ li fih kien instab ħati, il-Maġistrat Robert Stone kien qal li Wilson baqa’ sieket biex jipproteġi r-reputazzjoni tal-Knisja. Madankollu l-Imħallef Ellis qal li Wilson kien onest u konsistenti f’dak li qal.

Wilson kien irriżenja minn Arċisqof f’Lulju li għadda.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-Qorti ssib l-Arċisqof Wilson ħati li ħeba abbużi sesswali fuq tfal

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May se tibqa’ fil-kariga wara li kisbet vot ta’ fiduċja llejla u b’hekk se tibda tmexxi lill-Partit Konservattiv Ingliż. Hija rebħet b’200 vot favur u 117…

Trump

Tliet snin ħabs għal Michael Cohen, li kien l-avukat personali tal-President Amerikan Donald Trump waqt il-kampanja presidenzjali. Quddiem il-Qorti Federali Amerikana, Cohen ammetta l-akkużi li kien il-moħħ wara l-ħlas lil…

Reliġjon

Hekk kif aktar ma jmur qed joqrob il-Milied diversi postijiet liebsu l-libsa tal-Milied. F’San Vinċenz de Paule kien hemm sorpriża ħelwa meta pitirross daħal f’sala u mar dritt fuq Ġesù…

Barranin

Fi Franza tkompli t-tfittxija għall-aggressur li t-Tlieta filgħaxija spara diversi tiri fis-suq tal-Milied f’Strasburgu u qatel żewġ persuni. Il-qattiel ġie identifikat bħala Cherif Chekatt u għandu 29 sena. Fi Strasburgu…

Aktar