Barranin
Qorti fl-Afrika t’Isfel tiddeċiedi li r-restrizzjonijiet imorru kontra l-kostituzzjoni

Qorti fl-Afrika t’Isfel sabet li xi wħud mir-restrizzjonijiet li mpona l-Gvern biex irażżan l-imxija tal-Covid-19 huma invalidi u jmorru kontra l-kostituzzjoni.

L-Afrika t’Isfel imponiet fost l-aktar restrizzjonijiet stretti fid-dinja. Fost ir-restrizzjonijiet li mpona l-pajjiż hemm li ma jsirx bejgħ ta’ sigaretti u ta’ alkoħol. Fl-aħħar jiem saru protesti quddiem il-parlament sabiex wara disa’ ġimgħat ta’ projbizzjoni, jitħallew jixtru s-sigaretti.

Il-grupp Liberty Fighters Network fetaħ kawża kostituzzjonali kontra l-Gvern tal-Afrika t’Isfel dwar il-miżuri li ħabbar il-President Cyril Ramaphosa.

Il-Qorti fil-kapitali Pretoria qatgħetha li r-restrizzjonijiet m’għandhomx rabta diretta mat-trażżin tal-imxija tal-Covid-19. Madankollu, il-Qorti ssospendiet is-sentenza għal 14-il ġurnata biex il-Gvern jirrevedi r-restrizzjonijiet.

Il-kabinett qal li se jirrevedihom iżda għalissa l-miżuri jridu jibqgħu fis-seħħ. Fl-1 ta’ Mejju wara xahar lockdown, il-pajjiż naqqas il-livell ta’ allert minn 5 għal 4. Fit-3 ta’ Ġunju nieżel għal livel 3.

Il-ġimgħa li għaddiet reġa’ beda jinbiegħ l-alkoħol wara li kien ilu projbit xahrejn. Ġemgħat ta’ nies għadhom projbiti ħlief jekk qed jattendu funerali jew għax-xogħol. Ivjaġġar bejn provinċji ukoll huwa projbit u t-titjiriet internazzjonali tħassru kollha ħlief biex jiġu ripatrijati ċittadini.

L-Afrika t’Isfel għandha l-ogħla ammont ta’ każijiet ta’ coronavirus fil-kontinent Afrikan b’madwar 30,000 infezzjoni u sa’ issa mas-700 mewt.

Ara wkoll:

ARA: Mil-lum in-nies fl-Afrika t’Isfel jerġgħu jitħallew jixtru l-alkoħol

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Direttur tal-FBI Christoher Wray qal li l-operazzjonijiet ta’ serq ta’ intelligenġa u spjunaġġ mill-Gvern Ċiniż hu l-akbar thedddida għall-futur tal-Istati Uniti. Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem fl-Istitut ta’…

Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Aktar