Barranin
Qorti Franċiża tiddikjara li sess bejn tifla ta’ 11-il sena u raġel kien kunsenswali

Il-Gvern Franċiż mistenni jirrevedi l-liġijiet li jikkonċernaw is-sess f’każijiet ta’ tfal, wara kontroversja li nqalgħet meta raġel ma nstabx ħati li stupra tifla ta’ 11-il sena anki jekk kellu x’jaqsam magħha sesswalment u anki ħarġet tqila.

Għalkemm l-età tal-kunsens fi Franza hija 15-il sena, il-prosekuturi jridu jġibu prova li kien hemm reżistenza mill-vittma jew vjolenza mill-aggressur biex il-każ ikun meqjus bħala stupru.

Fin-nuqqas ta’ tali provi, sess ta’ adulti ma’ tfal huwa meqjus biss bħala abbuż minn minorenni, u l-piena hija ħafna inqas ħarxa minn dik tal-istupru. Il-piena għall-abbuż sesswali hija sa ħames snin ħabs u multa sa €75,000.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza ta’ Franza, Marlene Schiappa, qalet li bħala leġiżlatur kienet qed tħares lejn il-possibiltà li taħt ċertu età ma jkunx hemm dibattitu dwar il-kunsens tat-tfal għas-sess, u għalhekk ikun meqjus awtomatikament bħala stupru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Aktar minn 70 persuna u 20 żiemel ġew salvati minn għargħar f’Lancashire minħabba l-maltemp fir-Renju Unit. Gruppi ta’ salvataġġ irċievew ’il fuq minn 500 telefonata jitolbu għal għajnuna. Lancaster u…

Barranin

Il-Pulizija f’Papua New Guinea daħlu f’ċentru ta’ detenzjoni, li kien immexxi mill-awtoritatjiet Awstraljani. Il-Gvern Awstraljan ikkonferma li din l-azzjoni ttieħdet biex mat-380 immigranti li baqgħu jgħixu f’dan iċ-ċentru joħorġu. Mijiet…

Barranin

Il-ġeneral Ratko Mladic, li huwa magħruf bħala l-‘biċċier tal-Bożnija’, ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs mit-Tribunal tan-Nazzjonijiet Maqgħuda f’The Hague. Huwa nstab ħati li kien personalment responsabbli u dderieġa wħud mill-agħar…

Barranin, Kurżitajiet

Hemm ċans li minn hawn u ftit tas-snin oħra flok ajruplani kbar, biex insiefru nibdew nużaw mudelli ħafna iżgħar.  Dan għaliex bħalissa qed isiru bosta proġetti minn ditti kbar tal-avjazzjoni…

Aktar