Barranin
Qraba tal-familja li nstabet mejta fl-Awstralja “xxukkjati”

Il-qraba ta’ familja ta’ sebgħa li lbieraħ instabet mejta f’darha fil-belt ta’ Osmington, fl-Awstralja, qalu li jinsabu xxukkjati b’din it-traġedja, u li ma jistgħux jifhmu x’seta’ ġara.

Erbat itfal, ommhom, u ż-żewġ nanniet instabu mejta f’postijiet differenti madwar ir-residenza tagħhom f’żona rurali. Il-familja Miles kienet magħrufa sew fil-komunità, speċjalment minħabba x-xogħol volvontarju li kienet tagħmel.

Il-Pulizija qed titratta l-każ bħala qtil segwit b’suwiċidju.

Katrina Miles ta’ 35 sena kienet tgħix ma’ ommha u missierha; Cynda u Peter Miles, flimkien mal-erbat uliedha. Missier it-tfal ma kienx magħhom meta seħħ il-każ.

Ġara tal-familja Miles qalet li semgħet diversi tiri għall-ħabta tal-4.00 ta’ filgħodu, u li ħasbet li kienu qed jikkaċċjaw il-kangaroos, anki jekk normalment ħadd ma joħroġ jikkaċċja daqstant kmieni. Qalet li t-tiri ma ġewx sparati f’salt, u bejn xi tiri għadda ftit ħin mhux ħażin.

Ara wkoll:

Familja sħiħa tinstab mejta f’darha fl-Awstralja

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmenin ġurnata mindu saret l-elezzjoni, l-Italja tinsab qrib li jkollha Prim Ministru ġdid. L-isem propost hu Giuseppe Conte, Professur fil-liġi ta’ 54 sena mill-belt ta’ Foggia fir-reġjun ta’ Puglia… qajla…

Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Aktar