Kronaka
Qraba tar-raġel li miet f’Ħaż-Żabbar jgħidu li ċemplu 20 darba għall-għajnuna

Wieħed mill-qraba ta’ Ronnie Ghiller ta’ 48 sena, li ħassu ħażin u miet wara li ġie tasered mill-pulizija u ngħata trankwillanti minn tabib, allega li l-familja kienet ilha tlett ijiem titlob l-għajnuna.

Dylan Ghiller qal li l-familja kienet ċemplet biex titlob l-għajnuna lill-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar mal-20 darba minħabba li zijuh kien jinsab fi stat mentali ħażin, iżda qal li kien biss meta s-sitwazzjoni ggravat li l-Pulizija ħadet azzjoni.

Huwa qal ukoll li zijuh kellu biss xkupa f’idu, u għalhekk ma kellux bżonn jingħata trankwillant. Żied li ħadd ma staqsa lil tal-familja jekk is-Sur Ghiller kienx qed jieħu xi mediċina qabel ingħata t-trankwillant.

Ara wkoll:

Ir-raġel li miet f’Ħaż-Żabbar waqfitlu qalbu għall-għarrieda

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar