Kurżitajiet
Qtates jimmudellaw bil-ħwejjeġ

Fi New York, dawk li jiggostaw il-qtates kellhom xalata hekk kif tużżana qtates mmudellaw il-ħwejjeġ li kienu ddisinjati apposta għalihom waqt sfilata annwali tal-moda organizzata minn għaqda mhux governattiva. L-attività fil-lukanda storika Algonquin saret biex trawwem kuxjenza dwar il-ħtieġa tal-adozzjoni tal-annimali.

It-tema tal-isfilata kienet The Purring 20’s bil-ħwejjeġ ikunu ddisinjati minn Ada Nieves li tispeċjalizza fid-disinn tal-ħwejjeġ tal-annimali.

Ada Nieves, disinjatriċi ħwejjeġ tal-annimali qalet li “these are rescue cats, and that’s the whole reason for this whole event. And I think there’s a huge need to adopt more animals off the street, and there’s a lot of cats looking for loving homes.”

Il-qliegħ mill-avveniment mar għall-għaqda mhux governattiva li l-ħidma tagħha tiffoka fuq it-tiftix ta’ djar adegwati għall-qtates u klieb li jkunu sfaw abbandunati.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Annimali

Mis-Sibt l-20 ta’ Ottubru, sal-31 ta’ Dicembru jista’ jsir l-insib għall-pluvieri u l-malvizz bi kwota ta’ 5000 malvizz u 700 pluviera li jistgħu jinqabdu. Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li…

Kurżitajiet

Pippa Middleton u James Matthews saru ġenituri ta’ tifel.  It-tarbija twieldet jumejn ilu fl-Isptar St Mary’s f’Londra, fl-istess post fejn welldet lil uliedha oħtha l-Prinċipessa Kate. Pippa daħlet l-isptar nhar…

Aktar