Annimali
Qtates misjuba mejta fil-Għargħur

Rajba u u dispjaċir fost dawk li jieħdu ħsieb il-qtates minn buthom fil-Għargħur hekk kif ma’ dan il-lejl instabu 3 iqtates mejta.

Uħud mill-qtates vittmi

Min jieħu ħsieb dawn il-ħlejjaq qed jallega li l-istess grupp ta’ 4 iklieb (wieħed kannella skur, fox terrier u tnejn tal-kaċċa) li għamlu ħerba simili xi snin ilu li rrapporta TVM, kienu qed iduru mat-toroq tar-raħal sakemm għamlu ħerba mill-qtates.

Il-feeders tal-qtates qed jallegaw li dan il-grupp ta’ klieb għamel ħerba mill-qtates. Il-klieb hawnhekk daħlu f’residenza privata.

Dwar il-każ sar rapport mal-għassa tan-Naxxar kif ukoll mal-Animal Welfare.  Jidher li persuna oħra rrappurtat li ġimgħa ilu wkoll sabet qattusa mejta, vittma tal-istess klieb.

Il-persuni li jduru b’dawn il-qtates qalu li hemm ukoll numru ta’ qtates li għosfru filwaqt li appellaw għall-għajnuna mill-aktar fis l-għaliex dawn l-annimali ma jixirqilhomx destin hekk.

Huma qed jappellaw ukoll biex x-xogħol kollu li ħadu ma jisfax fix-xejn.