Qorti
Quddiem il-Qorti f’siġġu tar-roti wieħed mill-Marokkini li ħarbu minn Ħal Safi

Sentenza sospiża għal Marokkin li ħarab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi f’nofs ix-xahar li għadda. Mohammed Sellem ammetta l-akkużi li pprova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni fejn kien ilu jgħix tliet xhur.

Huwa deher quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq f’siġġu tar-roti u b’ferita gravi f’siequ li ġarrab meta pprova jaħrab miċ-ċentru tad-detenzjoni. Huwa ħarab ma’ grupp ta’ immigranti oħra, bi tnax minnhom jittellgħu l-Qorti u jeħlu sitt xhur ħabs.

Il-Qorti osservat li trid tilħaq bilanċ bejn il-protezzjoni tas-soċjetà u d-drittijiet fundamentali tal-akkużati quddiemha. Huwa wissa lill-akkużat li bl-imġiba tiegħu ġab iktar tbatija għalih innifsu. Sellem ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li r-residenti kollha fiċ-ċentri miftuħa għandhom jiġu ttestjati għall-Coronavirus. F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Delia qal li għandu jsir iżolament tal-persuni li nstabu bil-Covid-19…

Politika

Xahar wara l-mewt ta’ Miriam Pace li sfat mirduma ħajja fid-dar tagħha fil-Ħamrun, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni li titlob lill-Prim Ministru jaħtar bord ta’ inkjesta pubblika indipendenti biex fi żmien…

Lokali

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) li jaqa’ taħt is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali qal li Malta wettqet pass ieħor lejn Politika Nazzjonali ta’ Aċċess Miftuħ. Fi stqarrija…

Knisja Maltija

Waqt il-messaġġ tiegħu għat-tfal fi żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Arċisqof Charles Scicluna daqq strument. Fil-filmat tiegħu, Mons. Scicluna reġa’ mar lura għal tfulitu u ġedded il-memorja billi ġab miegħu tliet affarijiet…

Aktar