Għawdex
Quddiesa f’Għawdex fi tmiem il-mandat tal-President

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca.

Fi kliem il-President, l-Ewkaristija hija ‘statement’ qawwi biżżejjed biex tesprimi x’hemm f’qalbha. Hija qalet li l-Għawdxin jibqgħu f’qalbha u rringrazzjat lill-Isqof Mario li kien ta’ għajnuna għaliha matul il-Presidenza.

L-Isqof radd ħajr lill-President għax hi wkoll qatt ma qatgħet qalbha mill-bniedem u mis-soċjetà tagħna. Nibqgħu niftakruha bħala dik li nqdiet bl-uffiċċju tagħha ta’ President biex tagħti t-tama lil ħafna li setgħu kienu qatgħu qalbhom kompla jgħid l-Isqof Grech.