Barranin
Queensland testendi l-għeluq tal-fruntiera minn ma’ New South Wales

Queensland fl-Awstralja estendiet l-għeluq tal-fruntiera minn ma’ New South Wales u l-Australian Capital Territory bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. L-istat ta’ Victoria huwa magħluq meqjus bħala l-epiċentru tat-tieni mewġa tal-virus, wara qabża fil-każijiet f’Melbourne. Illum l-istat ta’ Victoria waħdu rraporta 725 każ ġdid, ċifra rekord minkejja li dan l-istat ilu f’lockdown għal dawn l-aħħar erba’ ġimgħat. Il-Ħadd li għadda l-istat ta’ Victoria ddikjara stat ta’ diżastru u ordna lin-nies f’Melbourne biex ma joħorġux matul il-lejl.

Fi New South Wales, is-sitwazzjoni hija ferm aħjar, meta għandhom 12-il każ ġdid. Sydney, il-kapitali ta’ New South Wales rreġistrat mat-tmenin infezzjoni ġdida fil-ġimgħa, u minkejja li ma rrikorrietx għal lockdown, l-ilbies tal-maksri huwa obbligatorju. Minkejja dan, l-Awstralja xorta tinsab f’sitwazzjoni aħjar minn tant pajjiżi oħra madwar id-dinja, fejn sa issa kellha 19,500 każ b’kollox, u 232 mwiet.

 

Aħbarijiet Oħra

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 65 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 2,922 swab tests. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 21 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont…

Anzjana ta’ 72 sena u oħra ta’ 86 sena huma t-tmintax u d-dsatax-il vittma tal-Covid-19 f’Malta. Iktar tard tħabbar li miet ukoll anzjan ta’ 85 sena, li sar l-għoxrin vittma….

Emenda fil-liġi tal-Afganistan se tippermetti li isem l-omm jibda jidher fuq il-karta tal-identità tal-individwu. Din il-bidla hija pass importanti ħafna għad-drittijiet tan-nisa, li ma setgħu jużaw isimhom imkien. Isem il-mara…

Aktar