Barranin
Rabja għall-ftehim dwar is-sottomarini bejn ir-Renju Unit, l-Amerka u l-Awstralja

Ftehim bejn ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Awstralja għal bini ta’ sottomarini li jaħdmu b’enerġija nukleari qed iġib miegħu kritika internazzjonali, partikolarment minn Franza.

Il-Ministru għall-Intern Franċiż , Jean-Yves Le Drian, iddesriva dan il-ftehim bħala stallett ġo darhom. Dan minħabba l-biża’ li dan it-tip ta’ ftehim jista’ jwassal għal gwerra min-naħa taċ-Ċina, li iktar kmieni akkużat lit-tliet pajjiżi b’mentalità tal-gwerra bierda, waqt li l-midja Ċiniża ppubblikat dikjarazzjonijiet meqjusa bħala twissija.

Il-ftehim, magħruf bħala Aukus, tħabbar mill-President Amerikan John Biden, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u mill-Prim Ministru tal-Awstralja Scott Morrison.

Din hija l-ewwel darba f’sittin sena għall-Istati Uniti li qed taqsam it-teknoloġija tagħha dwar is-sottomarini. Qabel din it-tip ta’ teknoloġija kienet tinqasam biss mar-Renju Unit.

Dan se jfisser li l-Awstralja se tkun tista’ tibni sottomorani b’enerġija nukleari li huma iktar veloċi u diffiċli biex jiġu ntraċċati.

Dawn it-tip ta’ sottomarini jistgħu jibqgħu joperaw minn qiegħ il-baħar għal xhur sħaħ u jisparaw missili għal distanzi ferm itwal. Madanakollu l-Awstralja għamlitha ċara li m’għandha ebda ħsieb li fuq is-sottomarini jkun hemm armi nukleari.