Qorti
Raġel akkużat b’sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fil-Gżira, Ħal Qormi u l-Ħamrun

Il-problema tad-droga wasslet raġel il-Qorti akkużat b’serqiet minn ħwienet fil-Gżira, Ħal Qormi u l-Ħamrun.

Wayne Delia ta’ 34 sena ġie akkużat ukoll li għamel ħsara volontarja f’wieħed mill-ħwienet.

Delia inqabad mill-pulizija wara li ġie identifikat mill-filmati tal-kamera tas-sigurtà ta’ wieħed mill-ħwienet li daħal jisraq minnhom.

Fil-Qorti Delia ġie akkużat b’pussess ta’ kokaina, kannabis u eroina, u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’każijiet oħra. Huwa qed jiċħad l-akkużi.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża biex l-akkużat jintbagħat fit-taqsima forensika fl-isptar Monte Carmeli biex jingħata l-kura għall-problema tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 31 sena, residenti Ħal Qormi, li kien imftittex mill-Pulizija b’rabta ma’ żewġ hold-ups li seħħew fil-jiem illi għaddew, kien arrestat fl-aħħar sigħat. Investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati…

Lokali

Sewwa sew xahar qabel Malta tidħol fl-atmosfera tal-karnival, faqqet kontroversja dwar karru li qed jinbena minn wieħed mill-karristi li juru l-Arċisqof Charles Scicluna u fl-isfond tiegħu d-dar San Ġużepp b’implikazzjoni…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li ta struzzjonijiet sabiex parti minn Triq San Ġużepp, fil-Qala, terġa’ tinbena mill-aktar fiss possibbli. Dan wara li ċedew biċċiet mir-retaining wall u l-pedamenti ta’…

Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li sab Prima Facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li Dr Azzopardi akkuża lid-Deputat Chris Cardona li huwa korrott…

Aktar